Wednesday, June 18, 2008

REGOLA TA' L-ORDNI FRANĠISKAN SEKULAR

Regola ta’ l-Ordni Franġiskan Sekulari (OFS)

Prologu
Tħeġġiġ u Twiddib ta’ San Franġisk lill-Aħwa tal-Penitenza, irġiel u nisa tal-Penitenza


F’Isem il-Mulej!

Dwar dawk li jagħmlu penitenza

Dawk kollha li jħobbu ’l-Mulej b’qalbhom kollha, b’ruħhom kollha u b’moħħhom kollu, u bis-saħħa kollha tagħhom (Mk 12,30), u li jħobbu lil għajrhom bħalhom infushom (Mt 22,9), u jobogħdu lil ġisimhom bil-vizzji u d-dnubiet, u jirċievu il-Ġisem u d-Demm ta’ Sidna Ġesù Kristu, u jagħmlu frott xierqa ta’ penitenza; O kemm ħienja u mbierka huma l-irġiel u nisa meta jagħmlu dawn l­affarijiet u jikomplu jagħmluhom.
Għax l-Ispirtu tal-Mulej jistrieħ fuqhom (Is 11,2), u Hu jwaqqaf daru u jgħammar fihom (Ġw 14,23). Huma wlied il-Missier tas-smewwiet (Mt 5,45), li jagħmlu l-egħmejjel tiegħu, u huma agħrajjes, Aħwa u ommijiet tal-Mulej tagħna Ġesù Kristu (Mt 12,50). Aħna agħrajjes, meta r-ruħ fidila tingħaqad mal-Mulej tagħna Ġesù Kristu bl­Ispirtu s-Santu. Aħna ħutu, meta nagħmlu r-rieda tal-Missier li qiegħed fis-smewwiet (Mt 12,50). Aħna ommijiet, meta nġorruh f’qalbna u f’ġisimna (1Kor 6,20) permezz ta’ mħabba divina u kuxjenza safja u sinċiera u meta nwellduh bl-egħmejjel qaddisa tagħna, li għandhom jiddu quddiem l-oħrajn bħala eżempju (Mt 5,16).
O kemm hi ħaġa glorjuża, kemm hi qaddisa u kbira li jkollok Missier fis-smewwiet! O kemm hi ħaġa qaddisa, ta’ faraġ, sabiħa u ta’ l-għaġeb li jkollok Għarus! O kemm hi ħaġa qaddisa u ta’ min iħobbha, magħġuba, umli, ta’ sliem, ħelwa, ta’ min jgħożża u ta’ min jixtieqa fuq kollox li jkollok Ħuk u Iben bħal dan, il-Mulej tagħna Ġesù Kristu, li ta ħajtu għan-nagħaġ tiegħu (Ġw 10,15), u talab lill-Missier u qal: Missier qaddis, ħarishom f’ismek (Ġw 17,11) lil dawk li inti tajtni fid-dinja; kienu tiegħek u inti tajthom lili (Ġw 17,6). U l-kliem li int tajt lili, jien tajtu lilhom: u huma laqgħuh u emmnu tassew li jiena ħriġt minnek u għarfu li inti bgħattni (Ġw 17,8). Jien għalihom nitlob, ma nitlobx għad-dinja (Ġw 17,9). Berikhom u qaddishom (Ġw 17,17) u jiena minħabba fihom inqaddes lili nnifsi (Ġw 17,19). 18. Miniex nitlob għal dawn biss, imma wkoll għal dawk li għad jemmnu fija bis-saħħa tal-kelma tagħhom (Ġw 17,20), biex huma jitqaddsu u jkunu ħaġa waħda (Ġw 17,23) kif aħna ħaġa waħda aħna (Ġw 17,11). Missier, irrid li huma wkoll inkun fejn inkun jien, biex jaraw il-glorja tiegħi (Ġw 17,24) fis-saltna tiegħek (Mt 20,21). Amen.

Dwar dawk li ma jagħmlux penitenza

Dawk l-irġiel u n-nisa kollha, li ma jgħixux fil-penitenza, u ma jirċievux il-Ġisem u d-Demm ta’ l-Mulej Ġesù Kristu, u li jwettqu vizzji u dnubiet, u jimxu wara l-ġibda ħażina (Kol 3,5) u x-xewqat tal-ġisem (Gal 5,16), u ma jħarsux dak li wegħedu lill-Mulej, u li b’ġisimhom jaqdu d-dinja bil-ġibdiet żienja tagħhom (1Pt 2,11), u għat-tħabrik tad-dinja u l-ħsibijiet ta’ din il-ħajja: dawn huma miżmumin lsiera mix-xitan, li tiegħu huma wlied u jagħmlu l-egħmejjel tiegħu (Ġw 8,41). Huma għomja, għax ma jarawx id-dawl veru, il-Mulej tagħna Ġesù Kristu. M’għandhomx l­għerf spiritwali, għax m’għandhomx l-Iben ta’ Alla li hu l-veru għerf tal-Missier. Dwar dawn in-nies jingħad: Il-għerf tagħhom ma swielhom xejn (Salm 107,27) u misħutin dawk li jitbegħedu mill-kmandamenti tiegħek (Salm 118, 21). Jaraw u jagħarfu, jafu li qed jagħmlu l-ħażin, u jibqgħu jagħmluh u b’hekk jitilfu ruħhom.
Iftħu għajnejkom, intom għomja, li intom imqarrqin mill-egħdewwa tagħna: il-ġisem, id-dinja u x-xitan. Għax hu ħelu għall-ġisem li jwettaq id-dnub, imma morr għalih li jaqdi ’l Alla, għax kull ħażen, il-vizzji u d-dnubiet jiġu u joħorġu mill-qalb tal-bniedem, kif igħid il-Mulej fil-Vanġelu (Mk 7,21). U intom m’għandkom xejn la f’din id-dinja u lanqas fl-oħra. Intom taħsbu li għandkom il-frugħat ta’ din id-dinja għal ftit ta’ żmien, imma intom imqarrqin, għax il-jum u s-siegħa jaslu fuqkom bla ma taħsbu fihom, u li dwarhom ma tagħarfu xejn u m’għandkom l-ebda ħjiel (Mt 25,13); Il-ġisem jimrad, il-mewt toqrob, u hekk il-bniedem jagħmel mewta ħarxa.
U ma jgħoddx fejn jew meta jew kif l-bniedem imut, jekk imut fil-ħtija tad-dnub bla ndiema u bla tpattija għal dnubietu kemm-il darba setgħa jpatti u ma jpattix - ix-xitan jaħtaf lir-ruħu minn ġo ġismu b’tant dieqa u tbatija tant kbira li ħadd ma jista’ jfissirhom jekk ma jġarrabhomx. U kull talent u qawwa u għerf li jaħseb li jkollu (2Kron 1,12), jittieħdulu (Lq 8,18, Mk 4,25). U kull ma jħalli lil qrabatu u ħbiebu jaħtfulu kollox u jqasmuh bejniethom. U wara jgħidu: “Ħa tkun misħuta ruħu! Għax seta’ kiseb aktar u ħallilna aktar ġid milli tana.” U d-dud jieklulu ġismu. U b’hekk jitlef ġismu u ruħu fi żmien qasir, u jmur dritt fl-infern fejn jiġi tturmentat għal dejjem.
F’gieħ l-imħabba, li hu Alla (1Ġw 4,16), nitolbu lil dawk kollha li taslilhom din l-ittra, biex jilqgħu bil-qalb u b’imħabba divina, l-kliem ifewwaħ tal-Mulej tagħna Ġesù Kristu, miktub hawn fuq. U dawk li ma jafux jaqraw, jifittxu minn jaqrahomlhom ta’ sikwit. U għaliex huma spirtu u ħajja (Ġw 6,64), għandhom iħarsuhom flimkien mal-mod qaddis li jaħdmu sa l-aħħar ta’ ħajjithom.
U kull min ma jagħmilx dawn il-ħwejjeġ hekk, irid jagħti kont f’Jum il-Ħaqq (Mt 12,36) quddiem it-tribunal tal-Mulej tagħna Ġesù Kristu (Rum 14,10).

--------------------------------------------------------------------------------
Kapitlu I
L-ORDNI FRANĠISKAN SEKULARI (OFS).


1. Fost il-familji spiritwali li l-Ispirtu s-Santu qajjem fi ħdan il-knisja1 dik Franġiskana tgħaqqad flimkien dawk il-membri kollha tal-Poplu ta’ Alla - lajċi, reliġjużi u saċerdoti – li imsejħin biex jimxu wara Kristu, fuq il-passi ta’ San ta’ Franġisk ta’ Assisi.2
Taħt għamliet u suriet waħda mhux bħal oħra, iżda f’għaqda bejniethom, dawn iridu jaħdmu biex tinħass il-kariżma tas-Serafiku Missierhom, komuni għalihom ilkoll, fil-ħajja u tal-Knisja.3

2. Fi ħdan l-imsemmija familja, l-Ordni Franġiskan Sekular għandu post għalih. Dan jitqies bħala għaqda, waħda u organika, tal-fraternitajiet kattoliċi mxerrdin mad-dinja. Jiftaħ dirgħajh, u jilqa’ fih kull kwalità ta’ nsara. L-Aħwa, irġiel u nisa li huma mqanqlin mill-Ispirtu s-Santu biex jilħqu l-perfezzjoni ta’ l-Imħabba skond l-istat tagħhom fid-dinja. U dan, permezz tal-Professjoni li biha jħabirku bier igħixu l-Vangelu fuq l-eżempju ta’ San Franġisk u bil-ħarsien ta’ din ir-Regola, imwettqa mill-Knisja.4

3. Din ir-Regola, wara l-“Memoriale Propositi” (1221) u wara r-regoli mwettqin mill-Papiet Nikol IV u Ljuni XIII, qiegħda l-Ordni Franġiskan Sekular għall-ħtiġiet u x-xewqat tal-Knisja Mqaddsa, skond iż-żminijiet u t-tibdil li jġibu magħhom. Imiss lis-Santa Sede li tagħti t-tifsir tagħha. L-applikazzjoni ssir skond il-Kostuzzjonijiet Ġenerali u skond l-istatuti partikulari.

Kaptilu II
Għamla ta’ Ħajja tal-Franġiskani Sekulari

4.
Ir-regola tal-Franġiskani sekulari hi din: li jħarsu l-Vanġelu ta’ Sidna Ġesù billi jimxu fuq l-eżempju ta’ San Franġisk ta’ Assisi, li fl-imġieba ta’ ħajtu lejn Alla u lejn il-bnedmin, għamel lil Kristu l-ħsieb u l-qofof ta’ kollox.5
Kristu, glorja ta’ l-imħabba tal-Missier, hu t-Triq li twassal għandu; hu il-Verità li l-Ispirtu s-Santu jdaħħalna fiha; hu l-Ħajja li Hu ġie biex jagħti u jagħtiha bil-kotra.6
Barra minn dan, il-Franġiskani sekulari għandhom jagħmlu ħilithom u jaqraw ta’ sikwit il-Vanġelu biex hekk igħaddu mill-Vanġelu għall-ħajja u mill-ħajja għall-Vanġelu.7

5. Il-Franġiskani Sekulari, għalhekk, għandhom ifittxu l-persuna ħajja u attiva ta’ Kristu fl-Aħwa, fil-Kotba Mqaddsa, fil-Knisja u fil-liturġija. Jalla l-fidi ta’ San Franġisk li qanqlitu jgħid dan il-kliem: “F’din id-dinja, bl-għajnejn tiegħi tal-ġisem ma narax mill-istess Iben ta’ Alla l-Aktar Għoli ħlief il-Ġisem u d-demm wisq imqaddes tiegħu”, tnebbaħhom u tagħti xejra ’l ħajja tagħhom ewkaristika.

6. Midfunin u mqajmin ma’ Kristu fil-Magħmudija li tagħmilhom membri ħajjin tal-Knisja u marbutin b’akbar għożża magħha bil-Professjoni, għandhom ikunu xhieda u għodda tagħha fost il-bnedmin, billi jħabbru ’l Kristu bl-għemil u bil-kelma tagħhom.
Imnebbħin minn San Franġisk u msejħin miegħu għat-tigdid tal-Knisja, jagħmlu ħilithom biex igħixu l-għaqda sħiħa mal-Papa, ma’ l-isqfijiet u mas-Saċerdoti billi jiftħu djalogu sinċier u mimli tama ta’ apostolat bnin li jrodd il-frott.8

7. Bħala “Aħwa tal-penitenza, irġiel u nisa”9, bis-saħħa tal-vokazzjoni tagħhom, u mkaxkrin mill-qawwa tfur tal-ħajja tal-Vanġelu, għandhom iqabblu l-ħsieb u l-egħmil tagħhom mal-ħsieb u l-egħmil ta’ Kristu. Dan isir bis-saħħa ta’ bidla mill-qiegħnett li sseħħ fir-ruħ, li l-Vangelu jsejjaħ bl-isem ta’ “konversjoni”, li, minħabba li l-bniedem hu dgħajjef, trid issir kuljum.10
F’din il-mixja ta’ tiġdid, is-sagrament tar-Rikonċiljazzjoni huwa sinjal l-aktar bnin tal-ħniena tal-Missier u għajn ta’ grazzja.11

8. Bħalma Ġesù kien il-veru adoratur tal-Missier, hekk għandhom jagħmlu mit-talb u mill-kontemplazzjoni l-qofol tal-ħajja u tal-ħidma tagħhom.12
Għandhom jieħdu sehem fil-ħajja sagramentali tal-knisja, l-aktar l-Ewkaristija, jingħaqdu fit-talb liturġiku, f’xi waħda mill-għamliet li trid il-knisja. B’hekk jgħixu l-misteri tal-ħajja ta’ Kristu.

9. Il-Verġni Marija, il-qaddejja umli tal-Mulej, dejjem lesta għall-kelma u s-sejħat tiegħu kollha, kienet meqjuma minn Franġisku b’imħabba liema bħala u maħtura minnu bħala l-Protettriċi u l-Avukata tal-Familja tiegħu13. Il-Franġiskani sekulari għandhom jagħtu xhieda ta’ imħabbithom lejha billi jixbħuha fl-ubbidjenza sħiħa tagħha u fil-ħeġġa tat-talb tagħha – talb ta’ għarfien u tama14.

10. Magħqudin ma’ ubbidjenza fejjieda ta’ Ġesù, li ħalla r-rieda tiegħu f’idejn il-Missier, għandhom iħarsu bil-fedeltà kollha d-dmirijiet tagħhom skond il-qagħda ta’ kull wieħed u ċ-ċirkustanzi tal-ħajja15. Jimxu wara Kristu, fqir u msallab, billi jistqarruh ukoll fis-siegħa ta’ għawġ u l-persekuzzjonijiet16.

11. Kristu, li kellu tama bla tarf fil-Missier, għażel għalih u għal Ommu, ħajja fqira u umli17 għalkemm kien jaf iqis is-siwi tal-ħolqien ta’ madwaru b’attenzjoni u mħabba. Hekk ukoll il-Franġiskani sekulari, meta jiġu biex jinqdew bil-ħwejjeġ tad-dinja jew iċċaħdu minnhom, għandhom ikollhom sens ta’ għażla ġusta, billi ma jkunux marbuta wisq mal-ħtiġijiet materjali. Imbagħad, għandhom iġibu quddiem għajnejhom li, kif jgħallem il-Vanġelu, huma amministraturi tal-ġid li rċevew b’riżq ulied ta’ Alla.
Hekk, fl-ispirtu tal-“beatitudini” jagħmlu ħilithom kollha biex iħarsu qalbhom minn kull ġibda u rebgħa ta’ proprietà u ħakma. U dan jagħmluh bħala “pellegrini u barranin” fi triqhom lejn Dar il-Missier16.

12. Xhieda ta’ ġid li għad irid jiġi, u mħabba l-vokazzjoni li ħaddnu, fid-dmir li jikbsu s-safa tal-qalb, għandhom b’hekk jirrendu ruħhom ħielsa għall-imħabba ta’ Alla u ta’ l-Aħwa19.

13. Bħalma l-Missier jara f’kull bniedem is-sura xbieha ta’ Ibnu il-kbir fost l-Aħwa20, hekk il-Franġiskani sekulari għandhom jilqgħu ’l bnedmin kollha b’qalb ħelwa u umli, bħala glorja tal-Mulej21 u xbieha ta’ Kristu.
Is-sens ta’ Fraternità jagħmilhom ħienja u lesti biex jitħalltu mingħajr kburija mal-bnedmin kollha, l-aktar maż-żgħar nett, li għalihom jagħmlu ħilithom kollha biex joħolqulhom kundizzjonijiet ta’ ħajja li tixtraq lill-ħlejjaq mifdija minn Kristu22.

14. Imsejħin, flimkien mal-bnedmin kollha ta’ rieda tajba biex jibnu dinja aktar fraterna u evanġelika, ħalli b’hekk isseħħ is-saltna ta’ Alla; ukoll, waqt li kull min jimxi wara Kristu, il-bniedem perfett, isir hu wkoll bniedem aktar sħiħ, jagħmlu dmirijiethom sewwa fi spirtu nisrani ta’ qadi23.

15. Għandhom ikunu preżenti bix-xbieha ta’ ħajjithom bħala bnedmin u wkoll b’inizjattivi kuraġġużi sew individwali u sew komunitarji. U dan, biex il-ġustizzja tikber u timxi ’l quddiem l-aktar fll-qasam tal-ħajja pubblika. Jagħmlu ħilithom għalhekk li l-għażla tagħhom tkun konkreta u taqbel mat-twemmin religjuż tagħhom24.

16. Iqisu x-xogħol bħala don u bħala sehem mill-Ħolqien, mill-fidwa u mill-qadi tal-komunità tal-bnedmin25.

17. Fi ħdan il-familja, għandhom igħixu l-ispirtu Franġiskan ta’ paċi, fedeltà u rispett għall-ħajja. B’hekk ikunu qed iħabirku biex jagħmlu mill-familji tagħhom sinjali u xhieda ta’ dinja ġa mġedda fi Kristu26.
L-aktar imbagħad il-miżżewġin, waqt li jkunu jgħixu l-grazzja taż-żwieġ, għandhom jagħtu xhieda fid-dinja ta’ l-imħabba ta’ Kristu għall-Knisja tiegħu. Bi trobbija nisranija, sempliċi u għaqlija, b’għajnejn miftuħa fuq il-vokazzjoni ta’ kull membru tal-famjlja, dawn il-miżżewġin jimxu ferħanin ma’ wliedhom il-vjaġġ uman u spiritwali tagħhom27.

18. Juru rispett, ukoll lejn il-ħlejjaq kollha, sew dawk tar-ruħ u sew dawk bla ruħ, għaliex “ix-xbieha ta’ l-Aktar Għoli naraw fihom”28. U jagħmlu ħilithom biex jaħarbu t-tentazzjoni ta’ l-isfruttament billi jrawmu fihom il-ħsieb Franġiskan li l-bnedmin tad-dinja huma lkoll Aħwa.

19. Bħala dawk li jwasslu l-paċi u li għandhom quddiem għajnejhom li dil-paċi trid tibqa’ tinbena bla tieqaf, huma fid-dmir li jfittxu t-toroq ta’ l-għaqda u tal-ftehim fratern. Dan iseħħ permezz tad-djalogu, b’qalbhom qawwija li fil-bniedem hemm ix-xrara ta’ Alla u li l-imħabba u l-maħfra għandhom il-qawwa li jgeddu kollox29.
Bħala ħabbâra ta’ l-ogħla ferħ, għandhom ifittxu, f’kull ċirkustanza tal-ħajja, li jwasslu ’l oħrajn il-ferħ u t-tama30.
Imberkin ma’ Kristu fil-Qawmien glorjuż tiegħu, li jagħti tifsira sħiħa lil Oħtna l-Mewt, iħarsu bis-sliem lejn l-aħħar jum meta jiltaqgħu mal-Missier31.

Kapitlu III
Il-Ħajja ta’ l-Aħwa

20.
L-0rdni Franġiskani Sekular jinqasam fraternitajiet ta’ diversi liveli: lokali, reġjonali, nazzjonali, u internazzjonali. Kull waħda minnhom għandha l-personalità morali tagħha fil­Knisja32. Dawn il-fraternitajiet ta’ livell differenti minn xulxin huma marbutin u magħqudin bejniethom skond ir-Regola u l-Kostituzzjonijiet.

21. Ikun xi jkun il-livell tagħha, kull fraternità hi mħarsa b’ħeġġa u mmexxija minn Kunsill u minn Ministru (President). Dawn jintgħażlu mill-Professi, kif jitolbu l-Kostituzzjonijiet33.
Is-servizz tagħhom, li jintemm wara żmien, hu xogħol siewi ta’ responsabbilità li jrid juri li huma dejjem lesti jaqdu ’l kull wieħed mill-Aħwa jew ’l-Aħwa flimkien.
Il-fraternitajiet, fil-qalba tal-formazzjoni tagħhom, jitfasslu kif jitolbu l-Kostituzzjonijiet b’modi differenti skond il-ħtiġijiet ta’ l-imseħbin u tal-postijiet fejn ikunu, dejjem taħt it-tmexxija tal-Kunsill tagħhom.

B Il-fraternità lokali għandha titwaqqaf skond il-liġijiet tal-Knisja; b’hekk issir l-ewwel xrara ħajja ta’ l-Ordni kollu u sinjal li jidher tal-Knisja, komunità ta’ mħabba. Din il-fraternità għandha tkun il-post privileġjat fejn jikbru u jitkattru s-sens ekkleżjali u l-vokazzjoni Franġiskana, u fejn titħeġġeġ il-ħajja apostolika fl-imseħbin kollha34.

23. It-talbiet għad-dħul fl-Ordni Franġiskan Sekular isiru lil waħda mill-fraternitajiet lokali, li l-Kunsill tagħha jaqtagħha jekk jilqax Aħwa ġodda35.
Id-dħul u s-sħubija jseħħu billi jkun hemm żmien ta’ bidu, żmien ta’ formazzjoni li jtul ta’ l-anqas sena, u l-Professjoni tar-Regola36. Il-fraternità hi marbuta biex tħares fuq dawn it-tliet iżmna, ukoll fil-mod tagħha kif tgħix. Dwar l-età meħtieġa għall-Professjoni, u jekk hemmx sinjali ċari ta’ vokazzjoni Franġiskana, wieħed irid jimxi skond l-Istatuti37.
Minnha nnifisha, il-Professjoni hi dmir għal dejjem38. L-imseħbin li jħabbtu wiċċhom ma’ xi twegħir, jistgħu jitkellmu dwar dawn il-problemi tagħhom mal-Kunsill. U dan isir fi djalogu bejn l-Aħwa. Il-ħrug jew it-tkeċċija għal kollox mill­Ordni, jekk tabilħagq ikun meħtieg, imissu ‘l-Kunsill tal-fraternità, skond il-Kostituzzjonijiet39.

24. Biex titkattar l-għaqda bejn l-imseħbin, il-Kunsill għandu jorganizza laqgħat mina żmien għal żmien, u laqgħat oħra ta’ sikwit, ukoll ma’ gruppi Franġiskani oħrajn, l-aktar taż-żgħażagħ. F’dawn il-laggħat iridu jintgħażlu mezzi l-aktar siewja biex ikabbru l-ħajja Franġiskana u ekkleżjali, billi jħeġġu lil kull imsieħeb għall-ħajja ta’ l-Aħwa40. Din l-għaqda tissokta wkoll ma’ l-Aħwa mejtin bl-offerta ta’ suffraġi għal ruħhom41.

25. Għall-ispejjeż meħtieġa, sew għat-tmexxija tal-fraternità, sew għal dawk meħtieġa għall-kult u għall-apostolat ta’ karità, l-Aħwa kollha, irġiel u nisa, għandhom jagħtu s-sehem tagħhom skond kemm wieħed jista’. Il-fraternitajiet lokali mbagħad, jieħdu ssieb li jagħtu s-sehem tagħhom għall-ispejjeż tal-Kunsilli tal-fraternità ta’ grad akbar minnhom42.

26. B’sinjal li jixhed tabilħaqq għaqda u korresponsabbilità l­Kunsilli kollha ta’ liema livell huma, skond il-Kostituzzjonijiet, għandhom jitolbu lis-Superjuri ta’ l-erba’ Familji Religjużi Franġiskani, li magħhom ilha marbuta għal mijiet ta’ snin sħaħ il-Fraternità Sekulari, Religjużi xierqa u mħejjija tajjeb biex ikunulhom ta’ għajnuna spiritwali.
Biex iħeġġeġ il-fedeltà lejn il-kariżma u l-ħarsien tar-Regola, u biex ikollu għajnuniet akbar fil-ħajja tal-fraternità, il-ministru jew il president, bi ftehim sħiħ mal-Kunsill, għandu jħabrek li, minn żmien għal ieħor, jitlob lis-Superjuri Relijużi kompetenti jagħmlu viżta pastorali43; jitlob ukoll viżta fraterna li ssir minn dawk li, billi huma mqiegħda fi grad għoli, imiss lilhom li jagħmluha skond il-Kostituzzjonijiet.

“U Kull min iħares dan kollu, ikun mimli bil-barka tal-Missier l-aktar Għoli, u fuq l-art ikun mimli bil-barka ta’ l-Iben Maħbub tiegħu flimkien ma’ l-Ispirtu s-Santu Paraklitu…”
(Barka ta’ San Franġisk, mit-Testment)
-----------------------------------------------
Noti

1. Vat II,LG, 43
2. Piju XI Diskors lit-Terjarji, fl-1 ta’ Lulju 1956.
3. Vat II, AA, 4.
4. Drittu Kanoniku, 702,1.
5. 1 Celano,18.
6. Ġw 3,16, 14,6.
7. AA, 30b.
8. Pawlu VI, Diskors lit-Terzjarji tad-19 ta’ Mejju 1971.
9. I Reg. TOF.
10. 11 Vat II, LG 8, UR 4.
11. Vat II, PO 18b.
12. AA, 4abc.
13. II Celano 198.
14. LG 678, AA 4.
15. LG 41.
16. LG 42.
17. I Ittra lil Fidili, 5.
18. Rum 8,17, LG 7,4
19. Twissijiet XVI, I Ittra 70.
20. Rum 8,29.
21. II Cel. 85, I Ittra 26, Rnb 7,13.
22. Rnb 9,3, Mt 25,40.
23. LG 31, VatII GS 93.
24. AA 14.
25. GS 67,2, RnB 7,4, Rb 5,1.
26. Reg Ljun XIII, II,8.
27. LG 41, AA 30bc.
28. I Celano 80.
29. Reg. Ljun XIII, II,9 Leg. 3 Comp. 14, 58.
30. Twissijiet XXI; Rnb 7,15.
31. GS 78,1-2.
32. Drittu Kan. 687.
33. Drittu Kan. 697.
34. Piju XII, Diskors, 3.
35. Kan. 694.
36. I Reg TOF 29-30.
37. I Cel. 22.
38. I Reg. TOF, 31.
39. Kan. 696.
40. Kan. 697
41. I Reg.TOF, 23.
42. I Reg TOF, 20.
43. II Reg TOF, XVI.

Sunday, June 15, 2008

KOSTITUZZJONIJIET ĠENERALI TA' L-OFS

DIGRIET TAL-KONGREGAZZJONI
GĦALL-ISTITUTI
TAL-ĦAJJA IKKONSAGRATA
U S-SOĊJETAJIET TA’ ĦAJJA APOSTOLIKA


CONGREGATIO PRO INSTITUTIS VITAE CONSECRATAE ET SOCIETATIBUS VITAE APOSTOLICAE

Prot. n. T. 144-112000

DIGRIET

Il-Konferenza tal-Ministri Ġenerali ta’ l-Ewwel Ordni Franġiskan u tat-Terz Ordni Regolari, wara li rat l-approvazzjoni tal-Kapitlu Ġenerali ta’ l-Ordni Franġiskan Sekular, iċċelebrat fix-xahar ta’ Ottubru 1999, ippreżentat lis-Sede Apostolika it-test tal-Kostituzzjonijiet ta’ 1­istess Ordni Franġiskan Sekular, u talbet l-approvazzjoni tiegħu.
Il-Kongregazzjoni għall-Istituti ta’ ħajja ikkonsagrata u s Soċjetajiet ta’ ħajja apostolika, wara li eżaminat b’attenzjoni dan it-test tal-Kostituzzjonijiet li għadna kemm semmejna, b’dan id-Digriet tapprovah u tikkonfermah, skond l-eżemplar redatt fil-lingwa Taljan, li hu imħares fl-Arkìvju tagħha, wara li ġie osservat dak kollu li l-Liġi tal-Knisja trid li jiġi mħares.
Minkejja kull dispozizzjoni kuntrarja.

Mill-Vatikan 8 ta’ Diċembru 2000, Solennità tat-Tnissil bla tebgħa tal-Vergni Mqaddsa Marija.

Eduardo Cardo Martinez Somalo Prefett

+ Piergiorgio Silvano Nesti, c.P. Segretarju

____________________________________________
ITTRA TAL-KONFERENZA TAL-MINISTRI ĠENERALI TA’ L-EWWEL ORDNI U TOR

Ruma, 1 ta’ Jannar 2001
Marija Ss.ma Omm Alla

Għażiża Oħtna Emanuela,
Il-Mulej jagħtik is-sliem!

Il-Kongregazzjoni għall-Istituti tal-Ħajja Ikkonsagrata u s­Soċjetajiet ta’ Ħajja Apostolika, bid-data tat-8 ta’ Diċembru 2000, ippromulgat id-Digriet (Prot. n. T. 144-1/2000) ta’ approvazzjoni tal­Kostituzzjonijiet Ġenerali ta’ l-Ordni Franġiskan Sekular, hekk kif kienu ġew emendati fil- Kapitlu Ġenerali OFS ta’ Madrid li sar f’Ottubru 1999, u li wara ġew ippreżentati mill-President “di turno” tal-Konferenza tal­Ministri Ġenerali ta’ l-Ewwel Ordni u TOR.
Issa, anke f’isem il-Ministri Ġenerali l-oħrajn, jiena nafda t­test approvat tal-Kostituzzjonijiet lilek, u permezz tiegħek, lill-Aħwa kollha irġiel u nisa ta’ l-OFS. Il-vokazzjoni komuni tal-Familja Franġiskana kollha kemm hi, li titlaq mill-esperjenza spiritwali formidabbli ta’ Franġisku u Klara, hi dik li “ngħixu skond il-għamla ta’ l-Evanġelju mqaddes”. Biex ninkarnaw din il-vokazzjoni unika fil-varjetà għanja ta’ l-espressjonijiet diversi tagħha, fid-dinja u fiż­żmien li fih il- Mulej qiegħed isejħilna, il-Kostituzzjonijiet jidhru bħala għajnuna dejjem aktar importanti. Dan mhux biss “dokument ieħor”, u lanqas l-aħħar pass ta’ mixja, imma strument essenzjali u dinamiku li jgħinna nfasslu l-identità tagħna u nibnu struttura progressiva fil­ħajja tagħna u fil-vokazzjoni tagħna bħala Franġiskani. Il-ħidma ta’ riflessjoni u ta’ reviżjoni li wettqu tant Aħwa fid-dinja kollha, l­approvazzjoni minn naħa ta’ Ommna l-Knisja jimpenjawna biex naħdmu ħalli dawn il-Kostituzzjonijiet isiru l-kriterju li madwaru nipproġettaw l-eżistenza tagħna skond l-istil evanġeliku ta’ ħajja.
Hu dan l-awgurju li nagħmel, f’isem il-Knisja u l-Ministri Ġenerali, lill-Franġiskani Sekulari kollha: jalla jsiru xhieda kredibbli tan-nar evanġeliku li qabbad l-eżistenza ta’ Franġisku u Klara ta’ Assisi, u li għamilhom mudelli ta’ ħajja rejalizzata totalment għaliex mogħtija totalment għall-oħrajn.

Ħukom,
Fra Giacomo Bini OFM
President “di turno” tal-Konferenza tal-Ministri Ġenerali ta’ l-Ewwel Ordni u TOR
_______________________________________________________________________________
Conventual Franciscans
MlNISTER PROVINCI L
43, Melita Street, Valletta
Tel, 21241167/21252752- Fax: 21223556
E-mail, alfcal@waldonet.net.mt

12 aprile 2002

Sorella Ministra Generale OFS
Emanuela De Nunzio, ROMA.

Cara Sorella,

In qualità di ministro Provinciale ho letto e attentamente esaminato il testo delle Costituzioni Generali dell’Ordine Franċescano Secolare in lingua mlatese. Dichiaro che ho trovato il testo maltese conforme al testo originale delle Costituzioni OFS in lingua italiana approvato dalla Congregazione per gli Istituti di Vita Consacrata e le socjetà di Vita Apostolica in data 8 dicembre 2000.

In fede ….
Alfred Calleja OFM Conv, Ministro Provinciale

_______________________________________________
PROMULGAZZJONI TAL-KOSTITUZZJONIJIET ĠENERALI

Ruma, 6 ta’ Frar 2001
Circ. 21/96-02

Lill-Kunsilli Nazzjonali ta’ l-OFS
Lill-Kunsillieri Internazzjonali ta’ 1-OFS

Promulgazzjoni tal-Kostituzzjonijiet Ġenerali emendati u approvati bid-Digriet tal-Kongregazzjoni IVCSVA tat-8 ta’ Diċembru 2000

Għeżież,

Il-Kostituzzjonijiet Ġenerali ta’ l-Ordni Franġiskan Sekular, destinati biex japplikaw ir-Regola mġedda fl-1978, ġew approvati mill­Kongregazzjoni għall-Istituti tal-Ħajja Ikkonsagrata u s-Soċjetajiet tal­Ħajja Apostolika b’Digriet tat-8 ta’ Settembru 1990, b’validità għal sitt snin, biex setgħu jiġu sperimentati. Fi żmien tajjeb, il-Presidenza CIOFS, permezz tal-Konferenza tal-Ministri Ġenerali ta’ l-Ewwel Ordni u tat-TOR, talbet il-proroga tal-perjodu ta’ sperimentazzjoni, filwaqt li qieset it-tul ta’ żmien li kien meħtieġ biex isiru t-traduzzjonijiet fil­lingwi uffiċjali l-ohrajn tal-Fraternità internazzjonali, u wara, fil-lingwi tad-diversi pajjiżi. Il-Kongregazzjoni laqgħet din it-talba u ikkonċediet proroga ta’ tliet snin.

Matul dan iż-żmien, il-Kostituzzjonijiet ġew studjati u mqegħdin fil-prattika mill-Fraternitajiet OFS fil-livelli kollha, u bil-mod il-mod, huma taw il-karatteristiċi ta’ sekolarità, unità u awtonomija lill-Ordni tagħna. Mhux kollox kien faċli u xi aspetti għad għandhom bżonn li jiġu milqugħin b’mod sħiħ, sabiex fil-bidu tat-Tielet Millennju, l-OFS isir tassew “milizja li tista’ tkun minn ta’ quddiemnett fil-Knisja u fid­dinja għall-bini ta’ soċjetà aktar umana u aktar kristjana”, kif wera b’xewqat tajba fl-1990 il-Kardinal Hamer, Prefett tal-Kongregazzjoni IVCSVA.

Mill-isperimentazzjoni kienet ħarġet il-validità sostanzjali tal­Kostituzzjonijiet Ġenerali ta’ 1-1990 u kien hemm bżonn ta’ reviżjoni ta’ ftit aspetti biss minnhom. Din il-ħidma meħtieġa bdiet b’pass mgħaġġel mill-Presidenza CIOFS u żviluppat permezz ta’ konsultazzjoni wiesgħa, li fiha ħadu sehem il-Fraternitajiet nazzjonali kollha u l-Kunsillieri internazzjonali, kif ukoll l-istess Presidenza u xi esperti li jagħmlu parti mill-OFS jew li ġew maħturin mill-Ministri Ġenerali Franġiskani.

Matul il-Kapitlu Ġenerali ta’ Madrid (23-31 ta’ Ottubru 1999) ġie studjat test li kien jiġbor fih, f’kordinament, is-suġġerirnenti u r­rikjesti li kienu waslu, filwaqt li gew ukoll preżentati proposti altemattivi fejn ma kienx possibbli li wieħed isib formulazzjoni li fuqha jaqbel kulħadd fost dawk il-proposti li kienu ġew imressqin mill-Fraternitajiet nazzjonali. It-test li ġie ippreżentat lill-Kapitlu kien ispirat millll dawn il-kriterji:
- qbil bejn il-liġi komuni tal-Knisja u l-liġi proprja ta’ l-OFS,
- rispett għat-test li s-Santa Sede kienet diġà approvat fl-1990,
- flessibilità organizzattiva,
- kapaċità li t-test jiġi adattat għall-kulturi u l-lingwi.

Il-Kapitlu Ġenerali iddedika eżami attent u approfondit lit-test li ġie ippreżentat lilu, kif ukoll lejn l-interventi li ħargu, bil-vuċi jew bil­kitba, waqt il-ħidmiet tal-Kapitlu.

Ir-riżultat tad-diskussjonijiet u tal-votazzjonijiet, li ġew studjati artiklu wara artiklu u fuq l-emendi singoli, ġie ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 1999 lill-Konferenza tal-Ministri Ġenerali Franġiskani li, wara verifika oħra permezz tal-kanonisti ta’ l-erba’ Kurji, fl-1 ta’ Awissu 2000 bagħatuh lill-Kongregazzjoni IVCSVA għall-approvazzjoni. Din approvatu b’Digriet proprju, li jġib id-data tat-8 ta’ Diċembru 2000, Solennità ta’ l-Immakulata Kunċizzjoni tal-Verġni Mqaddsa Marija.

Issa, aħwa irġiel u nisa ta’ l-OFS, fis-6 ta’ Frar 2001 qed nippromulgaw il-Kostituzzjonijiet Ġenerali approvati, li rridu nibdew nosservawhom mis-6 ta’ Marzu 2001. Kull wieħed u waħda minna issa rridu naraw li jsiru għalina “spirtu u ħajja”, strument ta’ rafforzament u ta’ maturazzjoni għall-Ordni tagħna biex ikun jista’ jkala fil-fond (Duc in altum), biex jimxi ’l quddiem bit-tama, skond l-eżortazzjoni li l-Papa ta lill-insara kollha fl-Ittra Apostolika Novo Millennio ineunte fi tmiem il-Ġublew il-Kbir tas-sena 2000. Anke aħna l-Franġiskani Sekulari aħna msejħin biex insiru xhieda, jiġifieri martri fis-sens oriġinali tal-kelma, ta’ Kristu fil-Millennju l-ġdid.

Mhux b’kumbinazzjoni li għażilna d-data tas-6 ta’ Frar għall­promulgazzjoni tal-Kostituzzjonijiet Ġenerali emendati. Din hi d­data li tfakkar il-Protomartri, xhieda per eċċellenza, tal-Ġappun, jiġifieri s-17 Terzjarji Franġiskani imsallbin f’Nagasaki flimkien ma’ Fra Pedro Batista, Pawl Miki u sħabhom l-oħrajn. Nafu ftit wisq dwar dawn l-aħwa li għexu tant ’il bogħod minna, jekk mhux li huma kellhom rieda ta’ l-azzar li qatt ma ċahduha biex jibqgħu sħaħ fil­fidi, li ma jieqfux joffru ħajjithom għax-xhieda ta’ l-Evanġelju, a kwalunkwe kost.

Fl-aħħar seklu wkoll kien hemm lajċi Franġiskani li urew, sas­sagrifiċċju ta’ ħajjithom, il-fedeltà lejn il-Magħmudija u waqfu l-ħażin, ankrati fil-fidi tagħhom. Infakkru lil huna Ceferino Giménez Malla, vittma tal-persekuzzjoni kontra r-reliġjon matul il-gwerra Ċivili Spanjola (1936-1939), li ġie beatifikat fl-4 ta’ Mejju 1997. Niftakru l-Qaddej ta’ Alla Frantisek Nosek, raġel politiku mill-Boemja u Franġiskan Sekular, vittma oħra tal-vjolenza komunista. Infakkru lil Juvénal Kabera, Ministru tal-Fraternità OFS ta’ Kigali, maqtul waqt il-massakri tal­gwerra tribali tar-Rwanda. Huma ftit eżempji, imma anke għalihom jgħodd dak li l-Papa qal dan l-aħħar: “Hu fuq kollox grazzi għax-xhieda kuraġġuża ta’ insara lajċi, li ta’ spiss, ġiet mogħtija sal-martirju, li ma ġietx imħassra l-fidi mill-ħajja ta’ popli sħaħ”.

X’aktarx li lilna ma jitolbuniex il-martirju tad-demm, imma ċertament jitolbuna x-xhieda ta’ koerenza u qawwa fit-twettieq tal­wegħdiet tal-magħmudija, imġeddin u affermati mill-ġdid fil­Professjoni fl-OFS. Bil-qawwa tal-Professjoni, ir-Regola u 1­applikazzjoni tagħha permezz tal-Kostituzzjonijiet Ġenerali, jirrappreżentaw, għal kull wieħed u waħda minna, il-punt ta’ riferiment ta’ l-esperjenza ta’ kuljum, li titlaq minn vokazzjoni speċifika u minn identità speċifika. Fuq din il-bażi jeħtieġ li nerġgħu nibnu l-eżistenza tagħna u nsibu progett ta’ ħajja (ir-radikalità evanġelika Franġiskana) u post ta’ komunjoni ekkleżjali (il-Fraternità), li fihom il-Franġiskani Sekulari jistgħu jaqraw “għaliex u kif jgħixu, iħobbu u jsofru” (KK. ĠĠ., art. 10).

Dan hu l-awgurju li bih il-Presidenza CIOFS, wara li laqgħet il­Kostituzzjonijiet Ġenerali approvati, issa tgħaddihom lill-Ordni kollu sabiex, bħar-Regola, aħna nistudjawhom, inħobbuhom u ngħixuhom.

Emanuela De Nunzio
Ministru Ġeneral OFS

_______________________________________________
KOSTITUZZJONIJIET GENERALI TA’ L-ORDNI FRANĠISKAN SEKULAR

Kapitlu 1
L-ORDNI FRANĠISKAN SEKULAR



Art.1
1. L-insara kollha huma msejħin għall-qdusija u għandhom id-dritt li, f’għaqda mal-Knisja, ifasslu mixja spiritwali għalihom1.
2. Fil-Knisja jeżistu ħafna familji spiritwali, b’kariżmi diversi. Fost dawn il-familji hemm il-Familja Franġiskana li, fid-diversi friegħi tagħha, tagħraf lil San Franġisk t’Assisi bħala l-missier, l-ispiratur u 1­mudell tagħha (Reg OFS 2).
3. Fil-Familja Franġiskana, sa mill-bidunett, sab postu l-Ordni Franġiskan Sekular2. Hu iffurmat mill-unjoni organika tal-Fraternitajiet kattoliċi kollha li l-membri tagħhom, imqanqlin mill-Ispirtu s-Santu, jimpenjaw ruħhom bil-Professjoni biex jgħixu l-Evanġelu fuq l-istil ta’ Franġisku fl-istat sekulari tagħhom, billi jħarsu r-Regola approvata mill­Knisja3 (Reg OFS 2).
4. Bil-qawwa tat-tisħib tagħhom fl-istess familja spiritwali, is-Santa Sede afdat il-kura pastorali u l-assistenza spiritwali ta’ l-OFS lill-Ewwel Ordni Franġiskan u lit-Terz Ordni Regulari (TOR). Huma l-Istituti li f’idejhom jinsab l-altius moderamen (it-treġija aktar għolja) li dwaru jitkellem il-Kanoni 303 tal-Kodiċi tal-Ligi Kanonika4.
5. L-Ordni Franġiskan Sekular (OFS) hu assoċjazzjoni pubblika fil­Knisja5. Hu jinbena fi Fraternitajiet fuq diversi livelli: lokali, reġjonali, nazzjonali u internazzjonali. Kull waħda minnhom għandha personalità ġuridika fil-Knisja.

Art.2
1. Il-vokazzjoni ta’ l-OFS hi vokazzjoni speċifika, li tagħti forma lill­ħajja u lill-ħidma apostolika tal-membri tiegħu. Għaldaqstant ma jistgħux jagħmlu parti mill-OFS dawk li huma marbutin, permezz ta’
impenn perpetwu, ma’ xi familja reliġjuża oħra jew istitut ta’ ħajja ikkonsagrata.
2. L-OFS hu miftuħ għall-insara ta’ kull kundizzjoni. Jistgħu jagħmlu parti mill-OFS:
- il-lajċi (irgiel u nisa);
- il-kjeriċi sekulari (djakni, qassisin, isqfijiet).

Art.3
1. ll-karattru sekulari jikkaratterizza l-ispiritwalità u l-ħajja apostolika ta’ l-imseħbin fl-OFS.
2. Is-sekolarità tagħhom, fil-vokazzjoni u fil-ħajja apostolika, tintwera skond il-qagħda ta’ kull wieħed, jigifieri:
- għal-lajċi, billi jgħinu fil-bini tas-Saltna ta’ Alla bil-preżenza fir-rejaltà u fil-ħidma fid-dinja6;
- għall-kjeriċi sekulari, billi jagħtu lill-Poplu ta’ Alla s-servizz proprju tagħhom, f’għaqda ma’ l-Isqof mal-Presbiterju tiegħu7.
Kemm dawn u kemm dawk jispiraw ruħhom lejn l-għażliet evangeliċi ta’ San Franġisk t’Assisi, filwaqt li jimpenjaw ruħhom biex ikomplu l­missjoni tiegħu flimkien mal-membri l-oħrajn tal-Familja Franġiskana.
3. ll-vokazzjoni ta’ l-OFS hi dik li wieħed jgħix l-Evanġelju f’għaqda ta’ aħwa. Għal dan l-iskop, il-membri ta’ l-OFS jingħaqdu f’komunitajiet ekkleżjali li jissejħu Fraternitajiet.

Art.4
1. L-OFS hu mmexxi mil-liġi universali tal-Knisja u mil-liġijiet tiegħu: ir-Regola, il-Kostituzzjonijiet, ir-Ritwal ul-Istatuti partikulari.
2. Ir-Regola tistabilixxi n-natura, l-iskop u l-ispirtu ta’ l-OFS.
3. ll-Kostituzzjonijiet għandhom l-iskop:
-li japplikaw ir-Regola;
-li jindikaw b’mod konkret il-kundizzjonijiet biex wieħed ikun membru fl-OFS, il-mod kif dan jitmexxa, l-organizzazzjoni tal-ħajja tal­Fraternità, is-sede tagħha5 (Reg OFS 3).

Art.5
1. L-interpretazzjoni awtentika tar-Regola u tal-Kostituzzjonijiet hi kompetenza tas-Santa Sede (Reg OFS 3).

2. L-interpretazzjoni prattika tal-Kostituzzjonijiet, għall-iskop li tinsab armonija fl-applikazzjoni tagħhom fid-diversi nazzjonijiet u fid-diversi livelli ta’ l-Ordni, hi kompetenza tal-Kapitlu Ġenerali ta’ l-OFS.
3. Jekk xi punti jeħtieġ jiġu iċċarati, jew jitolbu deċizjoni ta’ malajr, hi kompetenza tal-Presidenza tal-Kunsill Intemazzjonali OFS (CIOFS) li tagħmel dan. Din il-kjarifikazzjoni tibqa’ valida sal Kapitlu Ġenerali li jkun imiss.

Art. 6
1. Il-Fratemità internazzjonali’ ta’ l-OFS għandha Statuti tagħha approvati mill-Kapitlu Ġenerali.
2. Il-Fraternitajiet nazzjonali għandhom Statuti approvati mill­Presidenza CIOFS.
3. Il-Fraternitajiet reġjonali u lokali jistgħu jkollhom Statuti approvati mill-Kunsill ta’ livell superjuri.

Art. 7
Id-dispożizzjonijiet li ma jaqblux mal-Kostituzzjonijiet preżenti huma abrogati.

Kapitlu 2
L-GĦAMLA TA’ ĦAJJA U L-ĦIDMA APOSTOLIKA

Titlu I
L-GĦAMLA TA’ ĦAJJA

Art.8

1. Il-Franġiskani Sekulari jimpenjaw ruħhom bil-Professjoni li jgħixu l-Evanġelju skond l-ispiritwalità Franġiskana, fil-qagħda tagħhom ta’ sekulari.
2. Ifittxu li japprofondixxu, fid-dawl tal-fidi, il-valuri u l-għażliet tal­ħajja evanġelika skond ir-Regola ta’ l-OFS:
- f’mixja dejjem imġedda ta’ konverżjoni u formazzjoni (Reg OFS 7);
- miftuħin għall-bżonnijiet li jiġu mis-soċjetà u mill- Knisja, billi jgħaddu mill-Evanġelju għall-ħajja u mill-ħajja għall-Evanġelju (Reg OFS 4);
- fid-dimensjoni personali u komunitarja ta’ din il-mixja.

Art.9
1. L-ispiritwalità tal-Franġiskan Sekular hi proġett ta’ ħajja li jsib iċ­-ċentru tiegħu fil-persuna ta’ Kristu u fil-mixja warajh9, aktar milli fi programm dettaljat li wieħed irid iqiegħed fil-prattika (Reg OFS 5).
2. Il-Franġiskan Sekular għandu l-impenn li jimxi fuq l-eżempju u t­tagħlim ta’ Kristu, u għandu d-dmir li jagħmel studju personali u bla ma jaqta’ ta’ l-Evanġelju u ta’ l-lskrittura Mqaddsa. Il-Fraternità u dawk kollha li huma responsabbli fiha għandhom iġibu ’l quddiem l­-imħabba lejn il-Kelma evanġelika u jgħinu lill-aħwa biex ikunu jafuha u jifhmuha hekk kif inhi mħabbra mill-Knisja bl-għajnuna ta’ l-­lspirtul0.

Art. 10
“Kristu fqir u msallab”, rebbieħ fuq il-mewt u irxuxtat, l-ogħla dehra ta’ l-imħabba ta’ Alla għall-bniedem, hu l-“ktieb” li fih l-aħwa, biex jixbħu lil Franġisku, jitgħallmu għaliex u kif għandhom jgħixu, iħobbu u jsofru. Fi Kristu huma jiskopru l-valur tal-kuntradizzjonijiet minħabba l-ġustizzja u s-sens tad-diffikultajiet u tas-slaleb tal-ħajja ta’ kuljum. Miegħu jistgħu jilqgħu r-rieda tal-Missier ukoll fiċ-ċirkustanzi l-aktar diffiċli u jgħixu l­ispirtu Franġiskan ta’ paċi, ta’ ċaħda ta’ kull tagħlim li jmur kontra d-dinjità tal-bniedem (Reg OFS l0).

Art. 11
Il-Franġiskani Sekulari jiftakru li l-Ispirtu s-Santu hu l-għajn tal­vokazzjoni tagħhom, dak li jagħti l-ħajja lill-Fraternità u l-missjoni tagħha. Huma jfittxu li jimitaw il-fedeltà ta’ Franġisku lejn l­ispirazzjonijiet tiegħu u jagħtu widen għat-tħeġġiġ tal-Qaddis li fuq kull ħaġa oħra jrid li jkollna “l-Ispirtu tal-Mulej u l-ħidma qaddisa tiegħu”11.

Art. 12
1. Filwaqt li jiġu mnebbħin mill-eżempju u mill-kitbiet ta’ Franġisku, u fuq kollox bil-grazzja ta’ l-Ispirtu, l-aħwa għandhom jgħixu kuljum bil-fidi d-don kbir li tana Kristu; ir-rivelazzjoni tal-Missier. Huma jagħtu xhieda ta’ din il-fidi quddiem il-bnedmin:
- fil-ħajja tal-familja;
- fix-xogħol;
- fil-ferħ u fit-tbatija;
- fir-relazzjonijiet tagħhom mal-bnedmin, ilkoll aħwa fl-istess Missier;
- fil-preżenza u s-sehem tagħhom fil-ħajja soċjali;
- fir-relazzjoni ta’ aħwa mal-ħlejjaq kollha.
2. Ma’ Ġesù, ubbidjenti sal-mewt, ifittxu li jkunu jafu u jwettqu r-rieda tal-Missier. Jiżżu ħajr lil Alla għad-don tal-libertà u għar-rivelazzjoni tal-liġi ta’ l-imħabba. Jilqgħu l-għajnuna li tiġi offruta lilhom permezz tal-Knisja, biex iwettqu r-rieda tal-Missier, minn dawk li fiha huma maħturin fl-awtorità u mill-istess aħwa. Jilqgħu b’qawwa kalma ir­-riskju li jagħmlu għażliet kuraġġużi fil-ħajja soċjali (Reg OFS 10).
3. L-aħwa għandhom iħobbu l-laqgħa tagħhom ma’ Alla bħala wlied u jagħmlu mit-talb u mill-kontemplazzjoni r-ruħ ta’ l-eżistenza u tal-ħidma tagħhom. Ifittxu li jiskopru l-preżenza tal-Missier fil-qalb tagħhom, fin-natura u fl-istorja tal-bnedmin, li fiha jitwettaq il-pjan ta’ salvazzjoni. Il-kontemplazzjoni ta’ dan il-misteru tagħmilhom lesti li jikkollaboraw f’dan il-pjan ta’ mħabba (Reg OFS 8).

Art.13
1. Il-Franġiskani Sekulari, li fil-bidunett kienu jissejħu “Aħwa Irġiel u Nisa tal-Penitenza”, għandhom ifittxu li jgħixu fi spirtu ta’ konverżjoni kontinwa. Il-mezzi biex jieħdu ħsieb din il-karatteristika tal-vokazzjoni Franġiskana, kemm waħedhom kif ukoll bħala Fraternità, huma: is-­smiegħ u ċ-ċelebrazzjoni tal-Kelma ta’ Alla, ir-reviżjoni tal-ħajja, l­irtiri spiritwali, l-għajnuna ta’ direttur spiritwali u ċ-ċelebrazzjonijiet penitenzjali. Għandhom jersqu ta’ spiss lejn is-sagrament tar-Rikonċiljazzjoni u jieħdu ħsieb li jagħmlu ċelebrazzjoni tiegħu komunitarja, kemm fil-Fraternità kif ukoll flimkien mal-Poplu ta’ Alla12 (Reg OFS 7).
2. F’dan l-ispirtu ta’ konverżjoni iridu jgħixu l-imħabba lejn it-tiġdid tal-Knisja, li jridu jagħmluh flimkien mat-tiġdid personali u komunitarju. Il-frott tal-konverżjoni, li hi tweġiba għall-imħabba ta’ Alla, jidher fl-opri ta’ karità lejn l-aħwa13.
3. L-għemejjel ta’ penitenza, bħalma huma s-sawm u l-astinenza, li dejjem kienu għeżież għall-penitenti Franġiskani, għandhom ikunu jafuhom, japprezzawhom u jgħixuhom skond l-indikazzjonijiet ġenerali tal-Knisja.

Art. 14
1. L-aħwa huma konxji li Alla jrid jagħmel minna lkoll poplu wieħed u li għamel mill-Knisja tiegħu sagrament universali ta’ salvazzjoni. Huma għandhom jimpenjaw ruħhom biex jagħmlu riflessjoni ta’ fidi dwar il-­Knisja, dwar il-missjoni tagħha fid-dinja tallum u dwar ir-rwol tal-lajċi Franġiskani fiha, filwaqt li jilqgħu l-isfidi u r-responsabiltajiet li din ir­riflessjoni tgħinhom jiskopru.
2. L-Ewkaristija hi ċ-ċentru tal-ħajja tal-Knisja. Fiha Kristu jgħaqqadna miegħu u bejnietna bħala ġisem wieħed. Għaldaqstant, l-Ewkanstija għandha tkun iċ-ċentru tal-ħajja tal-Fraternità. L-aħwa jieħdu sehem fl-Ewkaristija ta’ spiss kemm jista’ jkun, filwaqt li jiftakru fir-rispett u fl-imħabba li Franġisku kellu lejn l-Ewkaristija meta fiha kien jgħix il­misteri kollha tal-ħajja ta’ Kristu (RegOFS 8).
3. L-aħwa jieħdu sehem fis-sagramenti tal-Knisja, u jkunu attenti mhux biss għall-qdusija tagħhom personali imma wkoll biex jgħinu ħalli l­Knisja u s-Saltna ta’ Alla jikbru. Għandhom jgħinu fiċ-ċelebrazzjoni ħajja tal-liturġija fil-parroċċi fejn jgħixu, u l-aktar fiċ-ċelebrazzjoni tal-­magħmudija, tal-griżma, taż-żwieġ u tad-dilka tal-morda.
4. L-aħwa u l-Fraternitajiet għandhom joqogħdu għal dak li jgħid ir-­Ritwal rigward id-diversi forom li bihom jistgħu jingħaqdu fit-talba liturġika tal-Knisja, u jqiegħdu fl-ogħla post ta’ ġieħ iċ-ċelebrazzjoni tal-Liturġija tas-Sigħat14.
5. F’kull post u f’kull żmien hu possibbli li wieħed iqim lill-Missier fil-­verità u jitolbu; minkejja dan l-aħwa għandhom ifittxu ħinijiet ta’ skiet u ta’ ġabra biex fihom jingħataw kollhom kemm huma għat-talb.

Art. 15
1. Il-Franġiskani Sekulari jimpenjaw ruħhom biex jgħixu l-ispirtu tal­-Bejatitudni u b’mod speċjali l-ispirtu ta’ faqar. Il-faqar evanġeliku juri fiduċja fil-Missier, iwettaq il-ħelsien fl-ispirtu u jqanqal il-qlub biex iġibu ’l quddiem tqassim aktar ġust tal-ġid (RegOFS 11).
2. Il-Franġiskani Sekulari, li bix-xogħol u bil-ġid materjali jridu jipprovdu għall-familja tagħhom u jaqdu lis-soċjetà, għandhom mod partikulari kif jġħixu l-faqar evanġeliku. Biex jifhmuh u jwettquh għandhom jimpenjaw ruħhom personalment u jqanqlu lill-Fraternità permezz tat-talb u d-djalogu, permezz tar-reviżjoni komunitarja tal­ħajja, permezz tas-smiegħ ta’ dak li tgħallem il-Knisja u ta’ dak li għandha bżonn is-soċjetà.
3. Il-Franġiskani Sekulari jimpenjaw ruħhom biex inaqqsu l-ħtiġijiet personali biex ikunu jistgħu aħjar jaqsmu l-ġid spiritwali u materjali ma’ l-aħwa, l-aktar ma’ dawk li huma ta’ l-aħħar. Għandhom jirringrazzjaw lil Alla tal-ġid li jirċievu, u jużawh bħala amministraturi tajbin u mhux bħala sidien. Għandhom jieħdu pożizzjoni qawwija kontra l-konsumiżmu u kontra l-idejoloġiji u l-għemejjel li jqiegħdu l-­ġid qabel il-valuri umani u reliġjużi, u li jippermettu li l-bniedem jiġi sfruttat.
4. Għandhom iħobbu u jgħixu s-safa tal-qalb, li hi l-għajn tal-vera fraternità.

Art. 16
1. Marija, Omm Gesù, hi l-mudell fis-smiegħ tal-Kelma u fil-fedeltà għall-vokazzjoni. Fiha, bħal Franġisku, naraw jitwettqu l-virtujiet kollha evanġeliċi15 (RegOFS 9). L-aħwa għandhom jikkultivaw imħabba qawwjja lejn il-Verġni l-aktar qaddisa, billi jimitawha fit-talb u filli jintelqu fi ħdanha bħala wlied. Juru l-qima tagħhom lejha b’turija ta’ fidi ġenwina fil-forom li taċċetta l-Knisja.
2. Marija hi l-mudell ta’ mħabba li tagħti l-ħajja għall-komunità ekkleżjali. Il-Franġiskani Sekulari u l-Fraternitajiet għandhom ifittxu li jgħixu l-esperjenza ta’ Franġisku, li għamel lill-Verġni Marija dik li mexxiet il-ħidma tiegħu. Magħha, bħad-dixxipli nhar Għid il-Ħamsin, jilqgħu l-Ispirtu biex jitwettqu fil-komunità ta’ l-imħabba16.

Titlu II
PREŻENZA ATTIVA FIL-KNISJA U FID-DINJA

Art. 17

1. Il-Franġiskani Sekulari huma msejħin biex jikkollaboraw ħalli jibnu l-Knisja bħala sagrament ta’ salvazzjoni għall-bnedmin kollha. Bil­-Magħmudija u bil-Professjoni huma jsiru “xhieda u strumenti tal-­missjoni tagħha”. Għandhom għalhekk ixandru lil Kristu bil-ħajja u bil-kelma. L-apostolat li l-aktar jippreferu għandu jkun dak tax-xhieda personali17 fl-ambjent li fih jgħixu u s-servizz tagħhom biex jibnu s-­Saltna ta’ Alla fid-dinja (RegOFS 6).
2. Fil-Fraternità l-aħwa għandhom jaħdmu biex iħejju lil xulxin ħalli jxerrdu l-messaġġ evanġeliku “skond il-qagħda komuni tagħhom fid­dinja”18 u għall-kollaborazzjoni tal-katekeżi fil-komunitajiet ekkleżjali.
3. Dawk li huma msejħin biex jaqdu l-missjoni ta’ katekisti, ta’ “leaders” ta’ komunitajiet ekkleżjali jew ministeri oħrajn, kif ukoll dawk li huma msejħin għall-ministeri qaddisa, għandhom jimtlew bl-imħabba li kellu Franġisku lejn il-Kelma ta’ Alla, bil-fidi tiegħu f’dawk li jxandruha u bil-ħeġġa kbira li biha hu rċieva mingħand il-Papa l­missjoni li jippriedka l-penitenza.
4. Is-sehem fis-servizz tat-tqaddis, li l-Knisja twettaq permezz tal-­liturġija, tat-talb u ta’ l-għemejjel ta’ penitenza u ta’ karità, iseħħ fil-­prattika mill-aħwa l-aktar fi ħdan il-familja, imbagħad fil-Fraternità u fl-aħħarnett fil-preżenza attiva tagħhom fil-Knisja lokali u fis­-soċjetà.

Għal soċjetà ġusta u fraterna

Art. 18

1. ll-Franġiskani Sekulari huma msejħin biex joffru kontribut proprju, ispirat għall-persuna u għall-messaġġ ta’ San Franġisk t’Assisi, biex jibnu ċiviltà li fiha d-dinjità tal-persuna umana, il-korresponsabiltà u l­-imħabba jkunu rejaltajiet ħajjin19.
2. ll-Franġiskani Sekulari jridu japprofondixxu l-pedamenti veri tal-­fraternità universali u kullimkien joħolqu spirtu u atmosfera li fihom kulħadd iħossu milqugħ bħal aħwa. Għandhom jimpenjaw ruħhom bil-qawwa kontra kull għamla ta’ sfruttament, ta’ diskriminazzjoni u ta’ emarġinazzjoni u kontra kull atteġġjament ta’ indifferenza lejn l-­oħrajn (RegOFS 13).
3. Għandhom jikkollaboraw mal-movimenti li jġibu ’l quddiem is-sens ta’ aħwa fost il-popli. Jimpenjaw ruħhom biex “joħolqu kundizzjonijiet ta’ ħajja li jixirqu” għal kulħadd u biex jaħdmu għall-ħelsien tal-popli kollha (RegOFS 13).
4. Għandhom jimxu fuq l-eżempju ta’ Franġisku, Patrun ta’ l-ekologisti, u jġibu ’l quddiem b’mod attiv l-inizjattivi biex jiġi mħares il-ħolqien, u jikkollaboraw fl-isforzi biex jiġi evitat it-tniġġis u l-qerda tan-natura, u biex jinħolqu kundizzjonijiet ta’ ħajja u ta’ ambjent li ma jkunux ta’ theddida għall-bniedem.

Art.19
1. Il-Franġiskani Sekulari għandhom jaġixxu dejjem bħal ħmira fl­-ambjent li fih jgħixu permezz tax-xhieda ta’ l-imħabba fratema u permezz ta’ motivazzjonijiet kristjani ċari (RegOFS 14).
2. Fi spirtu ta’ minorità, għandhom jagħżlu relazzjoni preferenzjali mal­-foqra u l-emarġinati, kemm jekk huma individwi jew inkella kategoriji ta’ persuni jew poplu sħiħ. Għandhom jikkollaboraw biex tiġi mirbuħa l-emarġinazzjoni u dawk l-għamliet ta’ faqar li huma frott ta’ nuqqas ta’ effiċjenza u ta’ inġustizzja.

Art. 20
1. Billi huma impenjati biex jibnu s-Saltna ta’ Alla fir-rejaltà u l-ħidma fid-dinja, il-Franġiskani Sekulari, bil-vokazzjoni tagħhom, għandhom jgħixu mingħajr qatt ma jifirdu minn xulxin il-fatt li huma membri tal­-Knisja u tas-soċjetà (RegOFS 14).
2. Bħala l-ewwel kontribut fundamentali biex jibnu dinja aktar ġusta u fraterna, għandhom jimpenjaw ruħhom biex iwettqu d-dmirijiet proprji tal-ħidma tagħhom fix-xogħol u fil-preparazzjoni professjonali tagħhom. Bl-istess spirtu ta’ servizz għandhom jieħdu fuq spallejhom ir-responsabiltajiet tagħhom soċjali u ċivili.

Art. 21
1. Għal Franġisku x-xogħol hu don u li wieħed jaħdem hi grazzja. Il-­ħidma ta’ kull jum mhix biss mezz ta’ għajxien, imma okkażjoni ta’ servizz lejn Alla u lejn il-proxxmu u triq biex wieħed jiżviluppa l-personalità tiegħu. Fil-konvinzjoni li x-xogħol hu dritt u dmir u li kull għamla ta’ okkupazzjoni jistħoqqilha rispett, l-aħwa għandhom jimpenjaw ruħhom biex jikkollaboraw sabiex kulħadd ikollu l-possibiltà li jaħdem u l-ħidma tal-bniedem issir dejjem aktar umana (RegOFS 16).
2. Il- mistrieħ u r-rikrejazzjoni għandhom valur proprju u huma meħtieġa għall-iżvilupp tal-persuna. Il-Franġiskani Sekulari għandhom jieħdu ħsieb li jibnu relazzjoni ekwilibrata bejn ix-xogħol u l-mistrieħ u jimpenjaw ruħhom biex iwettqu forom kwalifikati ta’ ħidma waqt il-­ħin liberu20.

Art. 22
1. Il-Franġiskani Sekulari “għandhom ikunu preżenti fil-kamp tal-ħajja pubblika”. Għaldaqstant, għandhom jikkollaboraw, skond kemm hu possibbli għalihom, biex isiru liġijiet ġusti (RegOFS 15).
2. Fil-kamp tal-promozzjoni umana u tal-ġustizzja, il-Fraternitajiet għandhom jimpenjaw ruħhom b’inizjattivi kuraġġużi li jaqblu mal­-vokazzjoni Franġiskana u mad-direttivi tal-Knisja. Għandhom jieħdu pożizzjoni ċara meta l-bniedem jiġi mimsus fid-dinjità tiegħu minħabba kull forma ta’ jasar jew ta’ indifferenza. Għandhom joffru s-servizz fratern tagħhom lill-vittmi ta’ inġustizzja.
3. Iċ-ċaħda ta’ l-użu tal-vjolenza, li hi karatteristika tad-dixxipli ta’ Franġisku, ma tfissirx ċaħda għall-azzjoni. L-aħwa, iżda, għandhom joqgħodu attenti li l-inizjattivi tagħhom ikunu dejjem ispirati mill­imħabba nisranija.

Art. 23
l. Il-paċi hi ħidma tal-ġustizzja u frott tar-rikonċiljazzjoni u ta’ l-imħabba fratema21. Il-Franġiskani Sekulari huma msejħin biex ikunu dawk li jġibu ’l quddiem il-paċi fil-familja tagħhom u fis-soċjetà:
- għandhom jikkuraw il-proposta u t-tixrid ta’ idejiet u atteġġjamenti ta’ paċi;
- għandhom iġibu ’l quddiem inizjattivi proprji u jikkollaboraw, kemm waħedhom kif ukoll bħala Fraternità, għall-inizjattivi tal-Papa, tal­Knejjes partikulari u tal-Familja Franġiskana;
- għandhom jikkollaboraw mal-movimenti u l-istituzzjonijiet li jġibu ’l quddiem il-paċi u jirrispettaw dak li fuqu din trid tinbena b’mod awtentiku (Regola OFS 19).
2. Għalkemm jagħarfu id-dritt kemm personali kif ukoll nazzjonali għad-difiża leġittima, għandhom japprezzaw l-għażla ta’ min, minħabba oġġezzjoni tal-kuxjenza, jiċħad li “jġorr l-armi”.
3. Biex iħarsu l-paċi fil-familja, l-aħwa għandhom jagħmlu testment tal-ġid tagħhom fi żmien tajjeb.

Fil-familja

Art. 24
l. Il-Franġiskani Sekulari għandhom iqisu l-familja tagħhom bħala l-ewwel ambjent li fih jgħixu l-impenn kristjan u l-vokazzjoni Franġiskana, u li fih jagħtu spazju għat-talb, għall-Kelma ta’ Alla u għall-katekeżi kristjana, filwaqt li jimpenjaw ruħhom għar-rispett ta’ kull ħajja mit-tnissil tagħha u f’kull sitwazzjoni tagħha, sal-mewt. Il-miżżewġin isibu fir-Regola OFS għajnuna valida fil-mixja tagħhom ta’ ħajja nisranija, filwaqt li jiftakru li, fis-sagrament taż-żwieġ, l­imħabba tagħhom tieħu sehem fl-imħabba li Kristu għandu għall­Knisja tiegħu. L-imħabba tal-miżżewġin u l-affermazzjoni tal-valur ta’ fedeltà assoluta huma xhieda profonda għall-familja tagħhom, għall-Knisja u għad-dinja (RegOFS 17).
2. Fil-Fraternità: .
- għandhom jitkellmu dwar l-esperjenzi ta’ spiritwalità tal-familja u taż-żwieġ u kif għandhom iħarsu b’mod nisrani lejn il-problemi tal­familja;
- jaqsmu flimkien il-mumenti importanti tal-ħajja tal-familja ta’ l-aħwa l-oħrajn, u jagħtu attenzjoni fraterna lil dawk li huma ċelibi irġiel jew nisa, lir-romol, lill-ġenituri li jgħixu waħedhom, lill-koppji separati jew divorzjati, li jgħixu f’qagħda diffiċli;
- joħolqu kundizzjonijiet għal djalogu bejn il-ġenerazzjonijiet (RegOFS 19); - iġibu ’1 quddiem il-formazzjoni ta’ gruppi ta’ miżżewġin u ta’ gruppi familjari.
3. L-aħwa jikkollaboraw fl-isforzi li jsiru fil-Knisja u fis-soċjetà biex jigi affermat il-valur tal-fedeltà u r-rispett lejn il-ħajja u biex tingħata tweġiba għall-problemi soċjali tal-familja.

Art. 25
Konvinti dwar il-ħtiega li jedukaw “lit-tfal b’tali mod li dawn jiftħu qalbhom lill-komunità...u jakkwistaw kuxjenza li huma membri najjin u attivi tal-Poplu ta’ Alla”22 u tal-gibda li Franġisku jista’ jnaddem fuqhom, għandhom igibu ‘l quddiem il-formazzjoni tat-tfalli, bl­għajnuna ta’ pedagogija u ta’ organizzazzjoni xierqa għall-età tagħhom, jitgħallmu l-għarfien u l-imnabba lejn il-najja Franġiskana. L-Istatuti nazzjonali għandhom jagħtu orjentamenti xierqa biex jigu organizzati dawn il-gruppi u biex ikollhom relazzjoni mal-Fraternità u ma’ gruppi Franġiskani ta’ żgħażagħ.

Xandara ta’ ferħ u ta’ tama

Art. 26
1. Franġisku għamel esperjenza ta’ fiduċja u fern ukoll fit-tbatija, u dawn ħadhom:
- mill-esperjenza tal-paternità ta’ Alla;
- mill-fidi li ma tiċċaqlaqx li ma’ Kristu jirxoxta għall-ħajja ta’ dejjem;
- mill-esperjenza li jkun jista’ jiltaqa’ u jfaħħar lill-Ħallieq fil-fraternità universali flimkien mal-ħlejjaq kollha23.
Għaldaqstant, fi qbil ma’ l-Evanġelju, il-Franġiskani Sekulari għandhom juru t-tama u l-ferħli jgħixu. Joffru kontribut kontra kull saram u kull pessimiżmu, filwaqt li jħejju ġejjieni aħjar (RegOFS 19).
2. Fil-Fraternità, l-aħwa għandhom iġibu ’l quddiem il-qbil bejniethom u jieħdu ħsieb li l-ambjent fejn jiltaqgħu jkun jilqgħek u jirrifletti l­ferħ. Għandhom jagħmlu kuraġġ lil xulxin fit-tajjeb.

Art. 27
1. L-aħwa, meta jikbru fiż-żmien, għandhom jitgħallmu jilqgħu l-mard u d-diffikultajiet li dejjem jiżdiedu u jagħtu lil ħajjithom sens aktar profond, filli dejjem aktar jinqatgħu minn kollox ħalli jimxu lejn l-art imwiegħda. Għandhom ikunu konvinti bil-qawwa li l-komunità ta’ dawk li jemmnu fi Kristu u ta’ dawk li jinħabbu fi Kristu tibqa’ miexja ’l quddiem lejn il-ħajja ta’ dejjem bħala “xirka tal-qaddisin” (RegOFS 19).
2. ll-Franġiskani Sekulari jimpenjaw ruħhom biex joħolqu fl-ambjent tagħhom, u qabel xejn fil-Fraternità, klima ta’ fidi u ta’ tama, sabiex iħarsu lejn “oħtna l-mewt tal-ġisem” bħala passaġġ għand il-Missier u b’hekk kulħadd iħejji ruħu għalih bil-kalma li tiġi mill-fidi.

Kapitlu 3
IL-ĦAJJA FIL-FRATERNITÀ

Titlu I
LINJI ĠENERALI TA’ DIREZZJONI

Art. 28
1. Il-Fraternità ta’ l-OFS issib il-bidu tagħha fl-ispirazzjoni ta’ San Franġisk t’Assisi, li lilu l-Aktar Għoli urieh li jrid jasal għall-essenzjal ta’ l-Evanġelju fil-ħajja u l-għaqda fratema24.
2. “L-OFS hu iffurmat minn Fratemitajiet f’diversi livelli”, bl-iskop li jġib ’il quddiem taħt għamla ordnata l-għaqda u l-kollaborazzjoni bejn l-aħwa u l-preżenza tagħhom attiva u komunitarja, kemm fil-Knisja partikulari kif ukoll fil-Knisja universali. L-OFS, fuq kollox, iġib ’il quddiem l-impenn tal-Fraternità fis-servizz tagħha fid-dinja, u b’mod partikulari fil-ħajja tas-soċjetà (RegOFS 20).
3. L-aħwa jingħaqdu flimkien kemm fi Fratemitajiet lokali, imwaqqfin maġenb xi Knisja jew dar reliġjuża, kif ukoll fi Fratemitajiet personali, li jitwaqqfu għal raġunijiet preċizi, validi u rikonoxxuti fid-digriet tat­twaqqif tagħhom25.

Art. 29
1. Il-Fratemitajiet lokali jinġabru flimkien fi Fratemitajiet fuq livelli differenti: reġjonali, nazzjonali, internazzjonali skond kriterji ekkleżjali, territorjali jew ta’ għamla oħra. Huma jiġu koordinati u marbutin flimkien skond ir-Regola u l-Kostituzzjonijiet. Dan hu meħtieġ biex tinżamm l-għaqda bejn il-Fratemitajiet, il-kollaborazzjoni ordnata bejniethom u l-għaqda ma’ l-OFS.
2. Dawn il-Fratemitajiet, li kull waħda minnhom għandha personalità ġuridika fil-Knisja, jakkwistaw, jekk hu possibbli, anke l-personalità ġuridika ċivili biex iwettqu aħjar il-missjoni tagħhom. Hu dmir tal­Kunsilli Nazzjonali li jagħtu orjentamenti konkreti fuq ir-raġunijiet u l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti (RegOFS 20).
3. L-Istatuti nazzjonali għandhom jindikaw il-kriterji ta’ organizzazzjoni ta’ l-OFS fin-nazzjon. L-applikazzjoni ta’ dawn il-kriterji titħalla għall­ġudizzju prudenti tar-Responsabbli tal-Fraternitajiet interessati u tal­Kunsill Nazzjonali.

Art. 30
1. L-aħwa huma lkoll responsabbli għal xulxin fil-ħajja tal-Fraternità li tagħha huma membri kif ukoll fil-ħajja ta’ l-OFS bħala unjoni organika tal-Fraternitajiet kollha mxerrdin mad-dinja.
2. Dan is-sens ta’ responsabiltà lejn xulxin tal-membri jobbligahom għal preżenza personali, għax-xhieda, għat-talb, għall-kollaborazzjoni attiva skond il-possibiltà ta’ kull wieħed, kif ukoll għall-impenji li jistgħu jingħatawlhom fit-tmexxija tal-Fraternità.
3. Fi spirtu ta’ familja, kull wieħed mill-aħwa għandu joffri fil-fondi tal-Fraternità l-kontribut skond il-possibiltajiet tiegħu bl-iskop li jiġu provduti l-mezzi finanzjarji li huma meħtieġa għall-ħajja tal-Fraternità u għall-ħidma ta’ kult, ta’ apostolat u ta’ karità tagħha. L-aħwa għandhom ukoll jipprovdu għall-finanzjament u għal kontributi oħrajn li bihom iwieżnu l-attivitajiet u l-ħidmiet tal-Fraternitajiet ta’ livell superjuri (Reg OFS 25).

Art. 31
1. “Fid-diversi livelli, kull Fraternità hi animata u mmexxija mill- Kunsill u mill-Ministru (jew President)”. Dawn l-uffiċċji jigu mogħtija permezz ta’ elezzjonijiet fi qbil mar-Regola, mal-Kostituzzjonijiet u ma’ l-Istatuti proprji.
Hu biss f’każi eċċezzjonali jew fl-ewwel fażi tat-twaqqif tagħhom, li jistgħu jeżistu Fraternitajiet mingħajr Kunsill regolari. Għal dan in­nuqqas għandu jipprovdi l-Kunsill ta’ livell superjuri u dan biss għal żmien kemm ikun meħtieġ biex din il-Fraternità tqum fuq saqajha, biex jiġu mħarrġa l-animaturi tagħha u biex titwassal għall-elezzjonijiet (RegOFS 21).
2. L-uffiċċju ta’ Ministru jew Kunsillier hu servizz fratern, impenn li bih wieħed iħossu disponibbli u responsabbli lejn kull wieħed mill­aħwa u lejn il-Fraternità, sabiex kull wieħed iwettaq lilu nnifsu fil­vokazzjoni tiegħu, u sabiex kull Fraternità tkun tassew komunità ekkleżjali Franġiskana, li tkun preżenti b’mod attiv fil-Knisja u fis­soċjetà.
3. Ir-Responsabbli ta’ l-OFS f’kull livell għandhom ikunu aħwa professi perpetwi, konvinti mill-validità tal-ħajja evanġelika Franġiskana, attenti b’moħħ miftuħ u generuż għall-bżonnijiet tal-Knisja u tas-soċjetà, miftuħin għad-djalogu, lesti li jagħtu u jirċievu għajnuna u kollaborazzjoni.
4. Ir-Responsabbli għandhom jieħdu ħsieb tal-preparazzjoni u ta’ l­animazzjoni spiritwali u teknika tal-laqgħat, kemm tal-Fraternità kif ukoll tal-Kunsilli. Għandhom ifittxu li, bix-xhieda tagħhom, inisslu spirtu u ħajja lill-Fraternità, filwaqt li jissuġġerixxu l-mezzi xierqa għall­iżvilupp tal-ħajja tal-Fraternità u ta’ l-attivitajiet apostoliċi, fid-dawl ta’ l-għażliet fundamentali Franġiskani. Għandhom jieħdu ħsieb li d­deċiżjonijiet li jittieħdu jiġu mwettqin u jġibu ’l quddiem il­kollaborazzjoni ta’ l-aħwa.

Art. 32
1. Il-Ministri u l-Kunsillieri għandhom jgħixu u jġibu ’l quddiem l­ispirtu u r-rejaltà ta’ l-għaqda bejn l-aħwa, bejn id-diversi Fraternitajiet u bejniethom u l-Familja Franġiskana. Għandhom ikollhom għal qalbhom, fuq kull ħaġa oħra, il-paċi u r-rikonċiljazzjoni fi ħdan il­Fraternità.
2. Il-ħidma ta’ tmexxija tal-Ministri u l-Kunsillieri hi waħda temporanja. L-aħwa għandhom jaħarbu minn kull ambizzjoni, għandhom juru l­imħabba lejn il-Fraternità bi spirtu ta’ servizz u bid-disponibilità li jilqgħu u jħallu l-inkarigu li jingħatalhom (RegOFS 21).

Art. 33 (Inkulturazzjoni u sussidjarjetà)
1. Fit-tmexxija u l-kordinament tal-Fraternitajiet u ta’ l-Ordni wieħed irid iġib ’il quddiem il-personalità u l-kapaċità ta’ kull wieħed mill­aħwa u ta’ kull Fraternità, u jirrispetta d-diversi forom ta’ espressjoni ta’ l-idejal Franġiskan u l-varjetà kulturali.
2. Il-Kunsilli ta’ livelli superjuri ma għandhom jagħmlu xejn li jista’ jitwettaq b’mod xieraq kemm minn xi Fraternità lokali kif ukoll minn xi Kunsill ta’ livell inferjuri. Għandhom jirrispettaw u jġibu ’l quddiem il­ħajja tagħhom sabiex huma jkunu jistgħu iwettqu d-dmirijiet tagħhom b’mod xieraq. ll-Fraternitajiet lokali u l-Kunsilli interessati għandhom jimpenjaw ruħhom biex iqiegħdu fil-prattika d-deċiżjonijiet tal-Kunsill Internazzjonali u tal-Kunsilli l-oħrajn ta’ livelli superjuri u biex iwettqu l­programmi billi, meta jkun hemm bżonn, jadattawhom għar-rejaltà proprja.

Art. 34 (Possibbiltà ta’ gruppi fi ħdan il-Fraternità)
Kull fejn il-qagħda ambjentali jew il-bżonnijiet tal-membri jitolbu, fi ħdan il-fraternità jistgħu jitwaqqfu, taħt it-tmexxija tal-Kunsill uniku, sezzjonijiet jew gruppi li jiġbru flimkien il-membri li għandhom l-istess bżonnijiet, jew li għandhom interessi jaqblu, jew inkella li jagħmlu għażliet ta’ ħidma identiċi. Dawn il-gruppi jistgħu ifasslu normi speċifiċi li jkollhom x’jaqsmu ma’ laqgħat u attivitajiet tagħhom, filwaqt li tibqa’ sħiħa l-fedeltà tagħhom lejn il-bżonnijiet li joħorġu mis-sens ta’ appartenenza tagħhom fi ħdan il-Fraternità. L-Istatuti nazzjonali jistgħu jistabilixxu kriterji xierqa għall-formazzjoni u l-funzjonament ta’ dawn is-sezzjonijiet jew gruppi.

Art 35 (Kjeriċi Sekulari)
1. Il-kjeriċi sekulari, li jħossuhom imsejħin mill-Ispirtu biex jieħdu sehem fil-kariżma ta’ San Franġisk t’Assisi fil-Fraternità sekulari, għandhom isibu fiha attenzjoni speċifika, li taqbel mal-missjoni tagħhom fi ħdan il-Poplu ta’ Alla.
2. Il-kjeriċi sekulari li jidħlu Franġiskani Sekulari jistgħu wkoll jingħaqdu fi Fraternità personali, bl-iskop li japprofondixxu l-aspetti spiritwali u pastorali li t-tagħlim ta’ Franġisku u r-Regola OFS joffrulhom biex jgħixu aħjar il-vokazzjoni tagħhom fi ħdan il-Knisja. Jaqbel li dawn il-Fraternitajiet ikollhom Statuti proprji li jipprovdu indikazzjonijiet rigward il-mod kif għandhom jigu iffurmati, rigward il-laqgħat fraterni u l-formazzjoni spiritwali, kif ukoll biex tinżamm ħajja u attiva l-għaqda tagħhom ma’ l-Ordni kollu.

Art. 36 (Aħwa bil-voti privati li jingħaqdu fi gruppi)
1. Dawk l-aħwa li, permezz ta’ voti privati, jimpenjaw ruħhom li jgħixu l-ispirtu tal-Bejatitudni ħalli jkunu aktar disponibbli għall­kontemplazzjoni u għas-servizz tal-Fraternità jistgħu jkunu ta’ għajnuna kbira għall-iżvilupp spiritwali u apostoliku ta’ l-OFS.
2. Dawn l-aħwa irġiel u nisa jistgħu jingħaqdu fi gruppi, skond l-Istatuti approvati mill-Kunsill Nazzjonali jew mill-Presidenza CIOFS, meta t­tixrid ta’ dawn il-gruppi jaqbeż il-fruntieri ta’ nazzjon. Dawn l-Istatuti jridu jkunu jaqblu ma’ dawn il-Kostituzzjonijiet.

Titlu II
ID-DĦUL FL-ORDNI U L-FORMAZZJONI

Art. 37 (Dħul u Formazzjoni)
l. Id-dħul fl-Ordni jsir permezz ta’ żmien ta’ inizjazzjoni, żmien ta’ formazzjoni u l-Professjoni tar-Regola (RegOFS 23).
2. Sa minn meta wieħed jidħol fil-Fraternità għandha tibda l-mixja ta’ formazzjoni, li trid titkompla matul il-ħajja kollha. Għandhom jiftakru li l-Ispirtu s-Santu hu l-aġent ewlieni tal-formazzjoni, u għandhom ikunu attenti biex jikkollaboraw miegħu dawn il-persuni li huma responsabbli mill-formazzjoni: il-kandidat innifsu, il-Fraternità kollha kemm hi, il­Kunsill mal-Ministru, id-direttur tal-formazzjoni u l-Assistent.
3. L-aħwa huma responsabbli mill-formazzjoni tagħhom biex jiżviluppaw il-vokazzjoni li rċevew mill-Mulej b’mod dejjem aktar perfett. Il-Fraternità hi msejħa biex tgħin lill-aħwa f’din il-mixja billi tilqagħhom, titlob għalihom u tagħtihom l-eżempju.
4. Hu dmir tal-Kunsill nazzjonali u regjonali, li bi ftehim bejniethom, jiffurmaw ujwettqu l-mezzi ta’ formazzjoni li jaqblu mal-qagħda lokali, u li jkunu ta’ għajnuna għal dawk li huma responsabbli mill- formazzjoni fil-Fratemitajiet.

Iż-żmien ta’ inizjazzjoni

Art. 38 (Inizjazzjoni)
1. Iż-żmien ta’ inizjazzjoni jew tal-bidu jiġi qabel it-talba biex wieħed jidħol fl-Ordni. Għandu l-iskop li wieħed jeżamina sewwa l-vokazzjoni tiegħu u biex l-aspirant u l-Fraternità jsiru jafu lil xulxin. Dan iż-żmien irid jiggarantixxi l-libertà u s-serjetà li bihom wieħed jidħol fl-OFS (RegOFS 23).
2. It-tul u l-modi kif jitwettaq dan iż-żmien ta’ introduzzjoni jridu jiġu stabiliti fl-Istatuti Nazzjonali.
3. Il-Kunsill tal-Fraternità għandu d-dmir li jiddeċiedi dwar eżenzjoni miż-żmien ta’ introduzzjoni, billi dejjem iżomm quddiem għajnejh dak li jgħidlu l-Kunsill Nazzjonali.

Id-dħul fl-Ordni

Art. 39 (Ammissjoni għall-Professjoni)
1. It-talba għad-dħul fl-Ordni tiġi ippreżentata mill-aspirant lill-Ministru ta’ Fraternità lokali jew personali b’att formali, jekk jista’ jkun bil-miktub (RegOFS 23).
2. Il-kundizzjonijiet biex wieħed jidħol huma: li jistqarr il-fidi kattolika, li jgħix f’għaqda mal-Knisja, li jkollu imġieba morali tajba, li juri sinjali ċari ta’ vokazzjoni26.
3. Il-Kunsill tal-Fraternità jiddeċiedi b’mod kolleġjali fuq it-talba u jagħti tweġiba formali lill-aspirant u jikkominikaha lill-Fraternità.
4. Ir-rit tad-dħul għandu jsir skond ir-Ritwal27. L-att jiġi reġistrat u mħares fl-arkivju tal-Fraternità.

Iż-żmien ta’ formazzjoni

Art. 40 (Iż-żmien ta’ formazzjoni)
1. Iż-żmien ta’ formazzjoni tal-bidu għandu jtul almenu sena. L-Istatuti Nazzjonali jistgħu jiffissaw tul akbar ta’ żmien. L-iskop ta’ dan il­perjodu hu l-maturazzjoni tal-vokazzjoni, l-esperjenza tal-ħajja evanġelika fil-Fraternità, l-għarfien aħjar ta’ l-Ordni. Din il-formazzjoni wieħed irid jgħixha b’laqgħat spissi ta’ studju u ta’ talb u b’esperjenzi konkreti ta’ servizz u ta’ apostolat. Dawn il-laqgħat, sakemm hu possibbli u jaqbel, għandhom jinżammu flimkien mal-kandidati ta’ Fraternitajiet oħrajn (RegOFS 23).
2. Il-kanqidati jiġu megħjuna fil-qari u fil-meditazzjoni ta’ l-Iskrittura Mqaddsa, fl-għarfien tal-persuna u tal-kitbiet ta’ Franġisku u ta’ l­ispiritwalità Franġiskana, fl-istudju tar-Regola u tal-Kostituzzjonijiet. Jiġu edukati iħobbu l-Knisja u jilqgħu il-Magisteru tagħha. Il-lajċi jitħarrġu biex jgħixu fi stil evanġeliku l-impenn tagħhom fid-dinja.
3. Il-parteċipazzjoni fil-laqgħat tal-Fraternità lokali hi kundizzjoni li wieħed ma jistax jiċħad għaliha biex ikun jista’ jibda l-mixja formattiva għat-talb komunitarju u għall-ħajja tal-fraternità.
4. Għandhom jiġu użati mezzi ta’ tagħlim fuq l-istil Franġiskan u li jwieġbu għall-mentalità ta’ l-ambjent li fih wieħed jgħix.

ll-Professjoni jew il-wegħda ta’ ħajja evanġelika

Art. 41 (Kundizzjonijiet għall-Professjoni)
l. Il-kandidat, wara li jtemm iż-żmien tal-formazzjoni tal-bidu, jagħmel it-talba biex jiġi milqugħ għall-Professjoni lill-Ministru tal-Fraternità lokali. Il-Kunsill tal-Fraternità, wara li jisma’ lid-direttur tal-formazzjoni u lill-Assistent, jiddeċiedi permezz ta’ votazzjoni sigrieta fuq 1­aċċettazzjoni għall-Professjoni u jagħti tweġiba lill-kandidat u jħabbarha lill-Fraternità (RegOFS 23).
2. Il-kundizzjonijiet għall-Professjoni jew wegħda ta’ ħajja evanġelika huma: -
-li wieħed ikun għalaq l-età stabilita mill-Istatuti nazzjonali;
-li wieħed jieħu sehem b’mod attiv fil-formazzjoni inizjali almenu għal żmien ta’ sena;
- il-kunsens tal-Kunsill tal-Fraternità lokali.
3. Fejn jiġi meqjus li jaqbel li jittawwal iż-żmien tal-formazzjoni tal­bidu, dan ma jistax jittawwal għal aktar minn sena miż-żmien stabilit fl-Istatuti nazzjonali.

Art. 42 (Il-Professjoni)
1. Il-Professjoni hi att ekkleżjali solenni li bili il-kandidat, filwaqt li jiftakar fis-sejħa li rċieva mingħand Kristu, iġedded il-wegħdiet tal­magħmudija u jistqarr pubblikament li jrid jieħu fuq spallejh l-impenn li jgħix l-Evanġelju fid-dinja skond l-eżempju ta’ Franġisku u billi jħares ir-Regola ta’ l-OFS.
2. Il-Professjoni iddaħħal lill-kandidat fl-Ordni u minnha nnifisha hi impenn darba għal dejjem. Qabel il-Professjoni perpetwa wieħed jista’ jagħmel Professjoni temporanja li jġeddidha kull sena. Iż-żmien totali tal­Professjoni temporanja ma jistax jaqbeż it-tliet snin28 (Regola OFS 23).
3. Il-Professjoni tiġi milqugħa mill-Ministru tal-Fraternità lokali, jew minn delegat tiegħu, f’isem il Knisja u l-OFS. Ir-rit irid isir skond dak li hemm fir-Ritwal29.
4. Il-Professjoni ma timpenjax biss 1ill-professi lejn il-Fraternità, imma bl-istess mod timpenja 1ill-Fraternità biex tieħu ħsieb tal-ġid tagħhom uman u reliġjuż.
5. L-att tal-Professjoni jiġi reġistrat u mħares fl-arkivju tal-Fraternità.

Art. 43 (Età u Distintiv fl-Istatut Nazzjonali)
L-Istatuti nazzjonali jistabilixxu:
- l-età minima għall-Professjoni, li ma tistax tkun anqas minn l8-il sena magħluqa (RegOFS 23);
- is-sinjal distintiv li wieħed hu membru fl-Ordni (it- TAU jew simbolu Franġiskan ieħor).

Formazzjoni permanenti

Art. 44 (Formazzjoni Permanenti)
1. Il-formazzjoni ta’ l-aħwa tibda fil-mumenti li semmejna, imma titkompla b’mod permanenti u kontinwu. Il-formazzjoni permanenti rridu nifhmuha bħala għajnuna għall-konverżjoni ta’ kull wieħed30 u ta’ kulħadd flimkien sabiex inkunu nistgħu inwettqu l-missjoni proprja tagħna fil-Knisja u fis-soċjetà.
2. Il-Fraternità għandha d-dmir li tiddedika attenzjoni speċjali lill­formazzjoni ta’ dawk li għadhom kemm ipprofessaw u tal-professi temporanji, u biex tgħinhom jimmaturaw fil-vokazzjoni tagħhom u jniżżlu għeruq fondi fil-fatt li huma membri fl-OFS.
3. Il-formazzjoni pemanenti, anke permezz ta’ korsijiet, laqgħat, qsim flimkien ta’ esperjenzi, għandha l-iskop li tgħin lill-aħwa kollha:
- biex jisimgħu u jimmeditaw il-Kelma ta’ Alla, “billi jgħaddu mill-Evanġelju għall-ħajja u mill-ħajja għall-Evanġelju” (RegOFS 4);
- biex jirriflettu, imdawwlin mill-fidi u megħjunin mid-dokumenti tal­Maġisteru, fuq il-ġrajjiet tal-Knisja u tas-soċjetà, ħalli b’hekk jagħmlu għażliet konkreti;
- biex iwettqu u japprofondixxu l-vokazzjoni Franġiskana billi jistudjaw il-kitbiet ta’ San Franġisk, Santa Klara u awturi Franġiskani.

Promozzjoni vokazzjonali

Art. 45 (Promozzjoni vokazzjonali)
1. Il-promozzjoni tal-vokazzjoni għall-Ordni hi dmir ta’ l-aħwa kollha u hi sinjal tal-fatt li l-istess Fratemitajiet huma ħajjin. L-aħwa għandhom ikunu konvinti mill-validità ta’ l-għamla ta’ ħajja Franġiskana, u jitolbu lil Alla li jagħti l-grazzja tal-vokazzjoni Franġiskana lil membri godda.
2. Għalkemm xejn ma jista’ joqgħod flok ix-xhieda ta’ kull wieħed u tal-Fratemitajiet, il-Kunsilli jridu jadottaw mezzi xierqa biex iġibu ’l quddiem il-vokazzjoni sekulari Franġiskana.

Titlu III
IL-FRATERNITÀ FID-DIVERSI LIVELLI

Art. 46 (Twaqqif Kanoniku tal-Fraternità Lokali)
1. It-twaqqif kanoniku tal-Fraternità lokali hu kompetenza tas­Superjur maġġuri religjuż li jiġi mitlub mill-aħwa interessati, wara li ssir konsultazzjoni u kollaborazzjoni mal-Kunsill ta’ livell superjuri, li minnu l-Fraternità ġdida tkun tiddependi skond l-Istatuti nazzjonali. Ikun meħtieġ il-kunsens bil-miktub ta’ l-Ordinarju tal-post għat-twaqqif kanoniku ta’ Fraternità li tkun barra mid-djar jew knejjes tar-reliġjużi Franġiskani ta’ l-Ewwel Ordni jew TOR31 (RegOFS 22).
2. Biex isir twaqqif validu ta’ Fraternità lokali din irid ikollha almenu ħames membri professi perpetwi. Id-dħul u l-Professjoni ta’ dawn 1­ewwel aħwa jsiru mill-Kunsill ta’ xi Fraternità lokali oħra jew mill­Kunsill ta’ livell superjuri, li bl-aħjar mod ikun ħa ħsieb tal-formazzjoni tagħhom. L-atti tad-dħul u tal-Professjoni u d-digriet tat-twaqqif jiġu mħarsa fl-arkivju tal-Fraternità, filwaqt li tintbagħat kopja tagħhom lill-Kunsill ta’ livell superjuri.
3. Jekk f’xi pajjiż għad ma hemmx Fraternitajiet ta’ l-OFS, hi kompetenza tal-Presidenza CIOFS li tipprovdi biex dan iseħħ.

Art.47 (Kura Pastorali)
1. Kull Fraternità lokali, li hi l-ewwel post li fili jinbena l-uniku OFS, hi mħollija fil-kura pastorali ta’ l-Ordni reliġjuż Franġiskan li kanonikament iwaqqafha (RegOFS 22).
2. Fraternità lokali tista’ tgħaddi għall-kura pastorali ta’ Ordni reliġjuż Franġiskan ieħor skond dak li jgħidu l-Istatuti nazzjonali.

Art.48 (Ġid patrimonajli f’każ li Fraternità tieqaf jew terġa’ tibda tiffunzjona)
1. Fil-każ li Fraternità tieqaf, il-ġid patrimonjali tagħha, il-bibljoteka u l-arkivju jiġu akkwistati mill-Fraternità ta’ livell immedjatament superjuri.
2. F’każ li Fraternità terġa’ titqajjem skond il-liġijiet kanoniċi, il­Fraternità terġa’ tieħu lura l-ġid li jkun fadal, li jinkludi l-bibljoteka u l­arkivju tagħha.

Il-Kunsill tal-Fraternità

Art. 49 (Il-Kunsill tal-Fraternità)
1. Il-Kunsill tal-Fraternità lokali hu magħmul minn dawn l-uffiċċji: Ministru, Viċi Ministru, Segretarju, Ekonomu u Direttur tal-formazzjoni. Skond il-bżonnijiet ta’ kull Fraternità, jistgħu jiżdiedu uffiċċji oħrajn. L-Assistent spiritwali tal-Fraternità hu membru bi dritt fil-Kunsill32.
2. Il-Fraternità, miġbura f’Assembleja jew Kapitlu, għandha tiddiskuti dak kollu li jinteressa l-ħajja u l-organizzazzjoni tagħha. Kull tliet snin, f’Assembleja jew Kapitlu elettiv, tagħżel il-Ministru u l-Kunsill skond in-normi li hemm fil-Kostituzzjonijiet u fl-Istatuti.

Art. 50 (Kompetenzi tal-Kunsill tal-Fraternità)
1. Hi kompetenza tal-Kunsill tal-Fraternità lokali:
- li jġib ’il quddiem l-inizjattivi meħtieġa biex jiffavorixxi l-ħajja fraterna, biex ikabbar il-formazzjoni umana, kristjana u Franġiskana tal-membri tiegħu, biex iweżinhom fix-xhieda tagħhom u fl-impenn tagħhom fid-dinja;
-li jagħmel għażliet konkreti u kuraġġużi, li jaqblu mas-sitwazzjonijiet tal-Fraternità, fost id-diversi attivitajiet possibbli fil-kamp apostoliku.
2. Huma wkoll kompetenzi tal-Kunsill:
a. li jiddeċiedi dwar id-dħul u I-Professjoni ta’ l-allwa godda;33
b. li jagħmel djalogu fratern mal-membri li jsibu ruħhom f’diffikultajiet partikulari u jara kif jipprovdi għal sitwazzjonijiet bħal dawn b’mod xieraq;
c. li jilqa’ t-talba li wieħed jirtira mill-Fraternità jew jiddeċiedi dwar is­sospensjoni ta’ xi membru mill-Fraternità;
d. li jiddeċiedi dwar it-twaqqif ta’ sezzjonijiet jew gruppi, fi qbil mal­Kostituzzjonijiet u l-Istatuti;
e. li jiddeċiedi fejn għandhom jintefqu l-fondi disponibbli u, b’mod ġenerali, jiddeċiedi f’dawk il-materji li għandhom x’jaqsmu mal-qagħda finanzjarja u ma’ l-ekonomija tal-Fraternità;
f. li jagħti inkarigi lill-Kunsillieri u lill-professi l-oħrajn;
g. li jitlob reliġjużi xierqa u mħejjija tajjeb mingħand is-Superjuri kompetenti ta’ l-Ewwel Ordni u TOR;
h. li jwettaq dmirijiet oħrajn indikati fil-Kostituzzjonijiet jew meħtieġa biex jilħaq l-iskopijiet proprji tiegħu.

L-uffiċċji fil-Fraternità

Art. 51 (Dmirijiet tal-Ministru)
Għalkemm il-korresponsabiltà għall-animazzjoni u t-tmexxija tal­Fraternità hi tal-Kunsill, hi kompetenza tal-Ministru, li hu l-ewwel responsabbli għall-Fraternità, li jieħu ħsieb li jitqiegħdu fil-prattika l­orjentamenti u d-deċiżjonijiet tal-Fraternità u tal-Kunsill, u li jinfurmahom dwar il-ħidma tiegħu.
2. Il-Ministru, imbagħad, għandu d-dmir li:
a. ilaqqa’, jippresjiedi u jmexxi l-laqgħat tal-Fraternità u tal-Kunsill; li kull tliet snin’, bil-kunsens tal-Kunsill, ilaqqa’ l-Kapitlu elettiv tal­Fraternità;
b. iħejji r-relazzjoni annwali li jibgħat lill-Kunsill ta’ livell superjuri, bl-approvazzjoni tal-Kunsill tal-Fraternità;
c. jirrappreżenta l-Fraternità fir-relazzjonijiet tagħha ma’ l-awtorità ekkleżjastika u ċivili. Meta l-Fraternità takkwista l-personalità ġuridika fil-liġi ċivili, il-Ministru jrid jassumi, kemm hu possibbli, ir­rapprezentanza legali tagħha;
d. jitlob, bil-kunsens tal-Kunsill, il-viżta pastorali u l-viżta fraterna almenu darba kull tliet snin;
e. iwettaq dawk id-dmirijiet li l-Kostituzzjonijiet jirreferu għall­kompetenza tiegħu.

Art. 52 (Dmirijiet tal-Viċi Ministru, Segretarju, Direttur tal-Formazzjoni u l-Ekonomu)
1. Il- Viċi Ministru għandu d-dmir li:
a. jikkollabora mal-Ministru fi spirtu fratern u jkun ħdejh fit-twettieq tad-dmirijiet proprji tiegħu;
b. jeżerċita d-dmirijiet li jiġu afdati lilu mill-Kunsill u / jew mill­Assembleja jew Kapitlu;
c. jidħol flok il-Ministru fil-kompetenzi u r-responsabiltajiet tiegħu, f’każ li dan ikun nieqes jew ikollu impediment temporanju;
d. jieħu fuq spallejh id-dmirijiet tal-Ministru meta l-uffiċċju tiegħu jibqa’ vakanti34.
2. Is-Segretarju għandu d-dmir li:
a. jikteb l-atti uffiċjali tal-Fraternità u tal-Kunsill u jieħu ħsieb li jibgħathom lil min suppost jirċevihom;
b. jieħu ħsieb l-aġġomament u l-kura ta’ l-arkivju u tar-reġistri li fihom jinnota d-dħul, il-Professjoni, l-imwiet, it-tluq u t-trasferimenti tal­Fraternità35;
c. jipprovdi għall-komunikazzjoni tal-ġrajjiet l-aktar importanti fuq diversi livelli u, jekk jaqbel, biex ixerridhom permezz tal-mass media.
3. Id-Direttur tal-formazzjoni għandu d-dmir li:
a. jikkordina l-attivitajiet formattivi tal-Fraternità;
b. iħarreġ u janima l-aspiranti fiż-żmien tal-bidu, lill-kandidati fiż-żmien ta’ formazzjoni tal-bidu u lil dawk li jkunu għadhom kif ipprofessaw;
c. jinforma lill-Kunsill tal-Fraternità, qabel il-Professjoni, dwar jekk kandidat ikunx xieraq li jimpenja ruħu li jgħix skond ir-Regola.
4. L-Ekonomu,jew teżorier, għandu d-dmir li:
a. iħares b’kura kbira l-kontributi li jidħlu, billi jinnota d-dħul fir­reġistru, id-data ta’ meta jkun sar id-dħul u l-isem ta’ min jagħti offerti, jew minn min ikun ġabarhom;
b. jinnota fl-istess reġistru dak kollu li għandu x’jaqsam ma’ l-infiq, billi jispeċifika d-data u kif intefqu l-flus, fi qbil ma’ l-indikazzjonijiet li jagħtih il-Kunsill tal-Fraternità;
c. jagħti rendikont ta’ l-amministrazzjoni tiegħu lill-Assembleja u 1­Kunsill tal-Fraternità skond ma jgħidu l-Istatuti nazzjonali.
5. Id-dispozizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-kompetenzi tal-Viċi Ministru, tas-Segretarju, u ta’ l-Ekonomu jgħoddu għal-livelli kollha, bl-adattamenti li jkun hemm bżonn.

Is-sehem fil-ħajja tal-Fraternità

Art. 53 (Is-sehem fil-ħajja tal-Fraternità)
1. Il-Fraternità trid toffri lill-membri tagħha l-okkażjoni biex jiltaqgħu flimkien u jikkollaboraw permezz ta’ laqgħat, li għandhom isiru kemm jista’ jkun ta’ spiss skond is-sitwazzjoni tal-post u skond kemm kulħadd jista’ jieħu sehem (RegOFS 24).
2. Il-Fraternità għandha tiltaqa’ perjodikament ukoll bħala komunità ekkleżjali biex tiċċelebra l-Ewkaristija fi klima li ssaħħaħ ir-rabta bejn l-aħwa u li tkun sinjal ta’ l-identità tal-Familja Franġiskana. Fejn mhux possibbli li ssir ċelebrazzjoni partikulari, l-aħwa għandhom jieħdu sehem f’dik tal-komunità ekkleżjali (RegOFS 6; 8).
3. Hu essenzjali li wieħed iħossu parti u jieħu sehem fil-ħajja tal­Fraternità lokali biex ikun jista’ jqis ruħu membru ta’ l-OFS. Għandhom jittieħdu inizjattivi tajbin, skond dak li jindikaw l-Istatuti nazzjonali, biex jibqgħu magħqudin fil-Fraternità dawk l-aħwa li - minħabba ragunijiet validi ta’ saħħa, ta’ familja, ta’ xogħol jew ta’ distanza - ma jistgħux jieħdu sehem b’mod attiv fil-ħajja komunitarja.
4. Il-Fraternità għandha tfakkar b’sens ta’ rikonoxxenza lill-aħwa mejtin, u tkompli miexja fl-għaqda magħhom fit-talb u fl-Ewkaristija.
5. L-Istatuti nazzjonali jistgħu ifasslu għamliet partikulari ta’ tisħib fil­Fraternità għal dawk li, mingħajr ma jkunu membri ta’ l-OFS, iridu jaqsmu fil-ħajja u fl-attività tiegħu.

Art. 54 (Patrimonju u Personalità Ġuridika)
1. Fil-każ li fih il-Fraternità ta’ kull livell għandha patrimonju mobbli jew immobbli, għandhom jinġiebu ’l quddiem, fi qbil ma’ l-Istatuti nazzjonali, l-inizjattivi meħtieġa biex il-Fraternità nnifisha takkwista personalità ġuridika ċivili.
2. L-Istatuti nazzjonali, fuq dak li tgħid il-leġislazzjoni ċivili rispettiva, għandhom jistabilixxu kriterji preċiżi għall-iskop tal-persuna ġuridika, għall-amministrazzjoni tal-ġid u għall-kontrolli interni relattivi. Għandhom ukoll ikollhom indikazzjonijiet biex l-att kostituttiv jiddisponi dwar x’għandu jsir mill-patrimonju kemm il-darba tiġi estinta l-persuna ġuridika.
3. L-Istatuti nazzjonali għandhom jistabilixxu kriterji preċiżi sabiex, fil-Fraternitajiet li għandhom ġid patrimonjali jew li jamministraw dan il-ġid, qabel ma l-Kunsill itemm il-mandat tiegħu, jagħmel verifika minn persuna esperta, li ma tridx tkun membru tal-Kunsill, jew inkella minn kulleġġ ta’ reviżuri, dwar l-“accounts” tal-Fraternità, il-qagħda finanzjarja u patrimonjali tal-Fraternità;

Trasferiment

Art. 55 (Trasferiment)
Jekk xi ħadd mill-aħwa, għal xi kawża raġjonevoli hi liema hi, jixtieq jgħaddi għal Fraternità oħra, irid l-ewwel javża lill- Kunsill tal- Fraternità li tagħha hu membru, u mbagħad jagħmel it-talba lill-Ministru tal­Fraternità li fiha jrid jidħol u jagħti wkoll ir-raġuni għaliex irid jagħmel hekk. Il-Kunsill ta’ din il-Fraternità jiddeċiedi dwaru wara li jkun kiseb bil-miktub l-informazzjoni meħtiega mill-Fraternità li minnha jkun ġej.

Provedimenti temporanji

Art. 56 (Irtir temporanju u sospensjoni)
1. L-aħwa li jsibu ruħhom f’diffikultajiet jistgħu jitolbu, b’att formali, li joħorgu għal xi żmien mill-Fraternità. Il-Kunsill għandu jqis it-talba, bil-karità u bil-prudenza, wara li jsir djalogu fratern bejn il-Ministru u l-Assistent ma’ l-interessat. Jekk il-motivazzjonijiet jidhru li għandhom bażi, wara ftit taż-żmien biex min ikun f’diffikultà jaħsibha tajjeb, il­Kunsill jilqa’ t-talba tiegħu (RegOFS 23).
2. Min, għal żmien twil u b’mod ripetut, ma jaqdix l-obbligi li jiġu mill-ħajja tal-Fraternità, u min, bl-imġieba tiegħu jidħol f’kuntrast mar­Regola, għandu jissejjaħ għal djalogu mal-Kunsill. Hu biss fil-każ ta’ ebusija tar-ras u f’każ reċidiv, li l-Kunsill jista’ jiddeċiedi, b’votazzjoni sigrieta, dwar is-sospensjoni, u jibgħatha bil-miktub lill-interessat.
3. Meta wieħed joħrog mill-Fraternità b’għażla personali tiegħu jew meta ssir sospensjoni, dan il-fatt irid jiġi innutat fir-reġistri tal- Fraternità. Din il-qagħda ġġib magħha l-esklużjoni mil-laqgħat u l-attivitajiet tal­Fraternità, inkluż it-telfien tal-vuċi attiva u passiva, għalkemm l­interessat xorta waħda jibqa’ jappartjeni għall-Ordni.

Art.57 (Riammissjoni)
1. Il-Franġiskan Sekular, f’każ li jkun ħareġ għax ried jew f’każ ta’ sospensjoni mill-Fraternità, jista’ jerġa’ jitlob li jerġa’ jidħol billi jagħmel talba bil-miktub lill-Ministru.
2. Il- Kunsill, wara li jeżamina r-raġunijiet li jkun ġab l-interessat, jiżen jekk humiex superati r-raġunijiet li kienu wasslu biex hu jitlaq minn jeddu jew jiġi sospiż u, f’każ affermattiv, jerġa’ jilqgħu fil-Fraternità, u jinnota din id-deċizjoni fl-atti tal-Fraternità.

Provedimenti definittivi

Art. 58 (Ħruġ jew tkeċċija mill-Ordni)
1. Jekk xi ħadd mill-aħwa jrid joħrog b’mod definittiv mill-Ordni, għandu jikkomunika bil-miktub l-intenzjoni tiegħu lill-Ministru tal­Fraternità. Il-Ministru u l-Assistent tal-Fraternità lokali, bil-karità u l-prudenza,jibnu djalogu ma’ l-interessat, filwaqt li jżommu infurmat lill-Kunsill. Jekk l-interessat jikkonferma bil-miktub id-deċiżjoni tiegħu, il-Kunsill jieħu nota tagħha, u jikkomunikaha bil-miktub lill­interessat. Il-ħruġ definittiv jiġi innutat fIr-reġistri tal-Fraternità u jiġi mgħoddi lill-Kunsill ta’ livell superjuri.
2. Quddiem kawżi gravi, esterni, imputabbli u li huma ippruvati ġuridikament, il-Ministru u l-Assistent tal-Fraternità lokali, bil-karità u l-prudenza, jibnu djalogu ma’ l-interessat, filwaqt li jżommu infurmat lill-Kunsill. Lill-interessat jingħatalu żmien biex jirrifletti u jagħmel dixxerniment, u tiġi offruta lilu wkoll għajnuna kompetenti minn barra l-Fraternità. Jekk iż-żmien ta’ riflessjoni jgħaddi bla ebda riżultat, il­Kunsill tal-Fraternità jitlob lill-Kunsill ta’ livell superjuri li l-interessat jiġi mibgħut mill-Ordni. Din it-talba trid tiġi akkumpanjata mid­dokumentazzjoni kollha relattiva għall-każ. Il-Kunsill ta’ livell superjuri joħroġ id-digriet ta’ dimissjoni, wara li jkun eżamina b’mod kolleġjali t-talba bid-dokumentazzjoni relattiva u wara li jkun ivverifika l-ħarsien tan-normi tal-Liġi tal-Knisja u tal-Kostituzzjonijiet.
3. Jekk xi ħadd mill-aħwa jabbanduna l-fidi b’mod pubbliku, jew jekk jonqos mill-għaqda tiegħu mal-Knisja, jew inkella jekk tingħatalu tħabbira jew dikjarazzjoni tas-sanzjoni ta’ l-iskomunika, minħabba dan il-fatt stess jitqies li mhux membru ta’ l-Ordni. Dan ma jeħlisx lill­Kunsill tal-Fraternità lokali li joħloq djalogu ma’ l-interessat u joffrilu għajnuna fraterna. Il-Kunsill ta’ livell superjuri, fuq talba tal-Kunsill tal-Fraternità lokali, jilqa’ l-provi u jivverifika uffiċjalment it-tkeċċija mill-Ordni ta’ l-interessat.
4. Id-digriet ta’ dimissjoni jew ta’ tkeċċija mill-Ordni, biex isir eżekuttiv, irid jiġi konfermat mill-Kunsill Nazzjonali, li lilu tiġi mgħoddija d­dokumentazzjoni kollha.

Art. 59 (Dritt ta’ l-Appell)
Kull min iqis li ġew vjolati d-drittijiet tiegħu minħabba xi provediment li jittieħed dwaru jista’ jirrikorri fi żmien tliet xhur għand il-Kunsill ta’ livell superjuri għal dak il-Kunsillli kien ħa d-deċizjoni, u f’istanzi suċċessivi, għand livelli aktar għoljin sal-Presidenza CIOFS, u fl­aħħarnett, għand is-Santa Sede36.

Art. 60 (Fraternitajiet personali)
Dak li jingħad f’dawn il-Kostituzzjonijiet rigward il-Fraternità lokali, jgħodd ukoll, sakemm jista’ jiġi applikat, anke għall-Fraternitajiet personali.

Il-Fraternità reġjonali

Art. 61 (Il-Fraternità reġjonali)
l. Il-Fraternità reġjonali hi l-unjoni organika tal-Fraternitajiet lokali kollha li huma preżenti f’territorju u li jistgħu jingħaqdu flimkien b’mod naturali kemm minħabba li huma qrib xulxin kif ukoll għax għandhom l-istess problemi u rejaltà pastorali. Il-Fraternità regjonali tiżgura r-rabta u l­komunikazzjoni bejn il-Fratenitajiet lokali u l-Fraternità nazzjonali, f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-għaqda ta’ l-OFS u ma’ l-integrazzjoni kollegjali ta’ l-Ordnijiet reliġjużi Franġiskani li eventwalment iridu jieħu ħsieb ta’ l-assistenza spiritwali fir-reġjun li jkun.
2. Il-Fraternità reġjonali tiġi kostitwita mill-Kunsill nazzjonali skond il- Kostituzzjonijiet u l-Istatuti nazzjonali. Is-superjuri reliġjużi kompetenti għandhom jiġu infurmati għax lilhom trid tintalab 1­assistenza spiritwali.
3. Il-Fraternità reġjonali:
- hi animata u immexxija minn Kunsill u minn Ministru;
- hi regolata skond I-Istatuti nazzjonali u skond I-Istatuti proprji;
- għandha Sede proprja.

Art. 62 (Il-Kunsill Reġjonali)
1. Il-Kunsill reġjonali hu magħmul skond in-normi ta’ l-Istatuti nazzjonali u ta’ l-Istatuti proprji. Fi ħdan il-Kunsill reġjonali tista’ tiġi miżjuda entità eżekuttiva, li taħdem skond kif jgħidulha l-Istatuti. 2. Il-Kunsill reġjonali għandu d-dmir li:
a. iħejji ċ-ċelebrazzjoni tal-Kapitlu elettiv;
b. iġib ’il quddiem, janima u jikkordina, fil-kuntest reġjonali, il-ħajja u l-ħidma ta’ l-OFS u sehem tiegħu fil-Knisja lokali;
c. skond l-indikazzjonijiet tal-Kunsill nazzjonali u f’kollaborazzjoni miegħu, jelabora l-programm ta’ ħidma ta’ l-OFS fir-reġjun u jieħu ħsieb it-tixrid tal-Fraternitajiet lokali;
d. jittrażmetti lill-Fraternitajiet lokali d-direttivi tal-Kunsill nazzjonali u tal-Knisja lokali;
e. jieħu ħsieb il-formazzjoni ta’ l-animaturi;
f. joffri lill-Fraternitajiet lokali attività li tweżinhom fil-ħtiġijiet tagħhom formattivi u ta’ ħidma;
g. jiddiskuti li japprova r-relazzjoni li kull sena jibgħat lill-Kunsill nazzjonali;
h. jiddeċiedi dwar il-viżta fraterna lill-Fraternitajiet lokali, anke jekk din ma tiġix mitluba, meta ċ-ċirkustanzi jagħtu l-parir li din issir;
i. jiddeċiedi fejn għandhom imorru l-fondi disponibbli u, b’mod ġenerali, jiddeċiedi wkoll f’dawk il-materji li għandhom x’jaqsmu mal­qagħda finanzjarja u ekonomika tal-Fraternità reġjonali;
j. qabel ma jiskadi l-mandat tiegħu, jivverifika bl-għajnuna ta’ persuna esperta, li ma tkunx membru tal-Kunsill, jew bl-għajnuna ta’ kulleġġ ta’ reviżuri, l-“accounts” tal-Fraternità, il-qagħda finanzjarja u patrimonjali tal-Fraternità reġjonali;
k. iwettaq id-dmirijiet l-oħrajn li jiġu indikati mill-Kostituzzjonijiet jew li huma meħtieġa biex jilħaq l-għanijiet tiegħu.

Art. 63 (Dmirijiet tal-Kunsill Reġjonali)
1. Filwaqt li tibqa’ sħiħa l-korresponsabiltà tal- Kunsillli janima u jmexxi l-Fraternità reġjonali, hi kompetenza tal-Ministru, li hu l-ewwel responsabbli, li jieħu ħsieb li jitwettqu d-direttivi u d-deċizjonijiet tal­Kunsill, u li jinfurmah dwar il-ħidma tiegħu.
2. Il-Ministru regjonali għandu wkoll id-dmir li:
a. ilaqqa’ u jippresjiedi l-laqgħat tal-Kunsill reġjonali; ilaqqa’ kull tliet snin, bil-kunsens tal-Kunsill, il-Kapitlu elettiv reġjonali;
b. jippresjiedi u jikkonferma l-elezzjonijiet tal-Fraternità lokali, personalment jew permezz ta’ delegat membru tal-Kunsill reġjonali li ma jkunx l-Assistent spiritwali;
c. iwettaq il-viżta fraterna lill-Fraternitajiet lokali, personalment jew permezz ta’ delegat, membru tal-Kunsill;
d. iħejji għal-laqgħat li jissejħu mill-Kunsill nazzjonali;
e. jirrappreżenta l-Fraternità jekk din takkwista personalità ġuridika fil-liġi ċivili;
f. iħejji r-relazzjoni ta’ darba fis-sena biex jibgħatha lill-Kunsill nazzjonali;
g. jitlob, almenu darba kull tliet snin, bil-Kunsens tal-Kunsill, il-viżta pastorali u l-viżta fraterna.

Art. 64 (Setgħa tal-Kunsill Reġjonali)
Il-Kapitlu reġjonali hu l-organu li jirrappreżenta l-Fraternitajiet kollha li jeżistu fi ħdan il-Fraternità reġjonali, u għandu setgħa elettiva u deliberattiva. L-Istatuti nazzjonali għandhom jgħidu b’mod formali kif il-Kapitlu reġjonali għandu jiltaqa’, min huma l-membri tiegħu, kull meta jsir u x’inhuma l-kompetenzi tiegħu.

Il-Fraternità nazzjonali

Art. 65 (Il-Fraternità nazzjonali)
1. Il-Fraternità nazzjonali hi l-unjoni organika tal-Fraternitajiet lokali kollha li jeżistu f’territorju ta’ nazzjon wieħed jew aktar minn wieħed, li huma marbutin bejniethom u organizzati flimkien permezz tal­Fraternitajiet reġjonali, fejn dawn jeżistu.
2. Hi kompetenza tal-Presidenza CIOFS li taħtar Fraternitajiet nazzjonali ġodda, fuq it-talba u fi djalogu mal-Kunsilli tal-Fraternitajiet interessati. Għandhom jiġu infurmati s-superjuri reliġjużi kompetenti, li lilhom tintalab l-assistenza spiritwali.
3. Il-Fraternità nazzjonali:
- hi animata u immexxija minn Kunsill u Ministru;
- hi regolata mill-Istatuti proprji;
-għandha sede proprja.

Art. 66 (Il-Kunsill Nazzjonali u d-Dmirijiet Tiegħu)
1. Il-Kunsill nazzjonali hu magħmul skond in-normi ta’ I-Istatuti nazzjonali. Fi ħdan il-Kunsill nazzjonali jista’ jinħatar eżekuttiv, li jkollu d-dmirijiet mogħtijin lilu mill-Istatuti.
2. Il-Kunsill nazzjonali għandu d-dmir li:
a. iħejji ċ-ċelebrazzjoni tal-Kapitlu nazzjonali elettiv, skond l-Istatuti proprji;
b. jagħmel magħruf u jġib ’il quddiem, fi ħdan il-Fraternità nazzjonali, l-ispiritwalità Franġiskana sekulari;
c. jiddeċiedi dwar il-programmi ta’ l-attivitajiet li jsiru kull sena fuq skala nazzjonali;
d. jagħmel tiftix, jippubblika u jxerred l-istrumenti meħtieġa għall­formazzjoni tal-Franġiskani sekulari;
e. janima u jikkordina l-ħidma tal-Kunsilli reġjonali;
f. iżomm ir-rabta mal-Presidenza CIOFS;
g. jiżgura r-rappreżentanza tal-Praternità nazzjonali fil-Kunsill internazzjonali u jieħu fuq spallejh l-ispejjeż li dan l-uffiċċju jġib miegħu;
h. jiddiskuti u japprova r-relazzjoni annwali li tintbagħat lill-Presidenza CIOFS;
i. jikkura l:prezenza ta’ l-OFS fl-organizmi ekklezjali fuq livell nazzjonali;
j. jiddeċiedi dwar il-viżta fraterna lill-Kunsilli tal-Fraternitajiet reġjonali u lokali, anke jekk din ma tintalabx, meta ċ-ċirkustanzi jitolbu li din issir;
k. jiddeċiedi fejn għandhom imorru l-fondi disponibbli u, b’mod ġenerali, jiddeċiedi dwar l-ekonomija tal-Fraternità;
l. qabel ma jiskadi l-mandat tiegħu, jivverifika bl-għajnuna ta’ persuna esperta, li ma tkunx membru tal-Kunsill, jew bl-għajnuna ta’ kulleġġ ta’ reviżuri, l-“accounts” tal-Fraternità, il-qagħda finanzjarja u patrimonjali tal-Fraternità nazzjonali;
m. iwettaq id-dmirijiet l-oħrajn indikati mill-Kostituzzjonijiet jew li huma meħtieġa biex jilħaq l-iskopijiet proprji.

Art. 67 (Dmirijiet tal-Ministru Nazzjonali)
1. Filwaqt li tibqa’ sħiħa l-korresponsabiltà tal-Kunsill fl-animazzjoni u t-tmexxija tal-Fraternità nazzjonali, hu dmir tal-Ministru, li hu l-ewwel responsabbli, li jieħu ħsieb li jitqiegħdu fil-prattika d-direttivi u d­deċiżjonijiet tal-Kunsill, li għandu jiġi infurmat b’dak li l-Ministru jkun qed jagħmel.
2. Il-Ministru nazzjonali għandu wkoll id-dmir li:
a. isejjaħ u jippresjiedi l-laqgħat tal-Kunsill nazzjonali; ilaqqa’, bil­kunsens tal-Kunsill, il-Kapitlu nazzjonali elettiv kull tliet snin, skond I-Istatuti nazzjonali;
b. imexxi u jikkordina mar-Responsabli nazzjonali l-attivitajiet fuq livell nazzjonali;
c. jagħti informazzjoni dwar il-ħajja u l-ħidma ta’ l-OFS ta’ pajjiżu lill­Kunsill u lill-Kapitlu nazzjonali;
d. jirrappreżenta l-Fraternità nazzjonali quddiem l-awtorità ekkleżjastika u ċivili. Meta l-Fraternità nazzjonali jkollha personalità ġuridika ċivili, il-Ministru hu r-rappreżentant legali tagħha;
e. jippresjiedi u jikkonferma l-elezzjonijiet tal-Kunsilli reġjonali, personalment jew permezz ta’ delegat li jkun membru tal-Kunsill nazzjonali u li ma jkunx Assistent spiritwali;
f. iwettaq il-viżta fraterna lill-Kunsilli reġjonali, personalment jew permezz ta’ delegat, li jkun membru tal-Kunsill nazzjonali;
g. jitlob, bil-kunsens tal-Kunsill, il-viżta fraterna u l-viżta pastorali almenu darba kull sitt snin.

Art. 68 (Il-Kapitlu Nazzjonali)
1. Il-Kapitlu nazzjonali hu l-organu rappreżentattiv tal-Fraternitajiet li jeżistu fi ħdan il-Fraternità nazzjonali. Hu għandu poteri leġislattivi, deliberattivi u elettivi. Jista’ jieħu deċiżjonijiet leġislattivi u joħroġ direttivi, fi qbil mar-Regola u mal-Kostituzzjonijiet, li jkunu validi fil­limiti tal-Fraternità nazzjonali. L-Istatuti nazzjonali għandhom jiddeterminaw kif għandu jkun iffurmat, kull meta jsir, il-kompetenzi u l-mod kif jitlaqqa’ l-Kapitlu nazzjonali.
2. L-Istatuti nazzjonali jistgħu jikkontemplaw forom oħrajn ta’ laqgħat biex igibu ’l quddiem il-ħajja u l-apostolat fuq livell nazzjonali.

II-Fraternità internazzjonali

Art. 69 (II-Fraternità internazzjonali)
l. Il-Fraternità internazzjonali hi magħmula mill-unjoni organika tal­Fraternitajiet Franġiskani Sekulari kattoliċi kollha tad-dinja. Hi tidentifika ruħha ma’ l-OFS kollu kemm hu. Għandha l-personalità ġuridika tagħha fil-Knisja. Torganizza ruħha u taħdem fi qbil mal­Kostituzzjonijiet u ma’ l-Istatuti proprji.
2. Il-Fraternità internazzjonali hi animata u immexxija mill-Kunsill Interazzjonali OFS (Consilium Internationale Ordo Franciscanus Saecularis = CIOFS), li għandu s-sede tiegħu f’Ruma (Italja), mill­Kunsill tal-Presidenza u mill-Ministru Ġenerali jew President Internazzjonali.

Art.70 (II-Kunsill internazzjonali)
l. Il-Kunsill internazzjonali hu magħmul minn dawn il-membri, eletti skond id-direttivi tal-Kostituzzjonijiet u ta’ l-Istatuti proprji:
- aħwa professi ta’ l-OFS;
- rappreżentanti taż-Żgħażagħ Franġiskani (Gioventù Francescana). L-erba’ Assistenti Ġenerali jagħmlu wkoll parti mill-Kunsill Internazzjonali.
2. Fi ħdan il-Kunsill internazzjonali hi maħtura l-Presidenza CIOFS, li hi parti sħiħa minnu.
3. Il-Kunsill internazzjonali imlaqqa’ f’Kapitlu ġenerali hu l-ogħla organu ta’ gvern ta’ l-OFS, u għandu poteri leġislattivi, deliberattivi u elettivi. Jista’ jieħu deċiżjonijiet leġislattivi u jagħti direttivi fi qbil mar-Regola u l-Kostituzzjonijiet.
4. Il-Kunsill internazzjonali jiltaqa’ kull sitt snin f’Kapitlu ġenerali elettiv, u almenu darba bejn żewġ Kapitli ġenerali elettivi, skond in-normi stabiliti mill-Kostituzzjonijiet u mill-Istatuti internazzjonali.

Art. 71 (L-iskopijiet u d-dmirijiet tal-Kunsill internazzjonali)
L-iskopijiet u d-dmirijiet tal-Kunsill internazzjonali huma:
a. li jġib ’il quddiem u jwieżen il-ħajja evanġelika skond l-ispirtu ta’ San Franġisk t’Assisi, fil-qagħda sekulari ta’ l-insara li jgħixu fid-dinja kollha;
b. isaħħaħ is-sens ta’ għaqda ta’ l-OFS fir-rispett tal-pluraliżmu tal­persuni u tal-gruppi, kif ukoll isaħħaħ ir-rabta ta’ komunjoni, kollaborazzjoni u qsim fratern bejn il-Fraternitajiet nazzjonali;
c. jarmonizza, skond l-iskop originali ta’ l-OFS, it-tradizzjonijiet b’saħħithom bl-aġġomament fil-kamp tejoloġiku, pastorali u leġislattiv, bl-iskop li dan iwassal għal formazzjoni evanġelika Franġiskana speċifika;
d. jikkontribwixxi, fi qbil mat-tradizzjonijiet ta’ l-OFS, għat-tixrid ta’ idejiet u inizjattivi li jiswew biex iġibu ’l quddiem id-disponibilità tal­Franġiskani sekulari fil-ħajja tal-Knisja u tas-soċjetà;
e. jiddetermina d-direttivi u jistabilixxi l-prijoritajiet għall-ħidma tal­Presidenza tiegħu;
f. jinterpreta l-Kostituzzjonijiet skond dak li jgħid l-artiklu 5§2.
2. L-Istatuti internazzjonali jispeċifikaw kif għandu jkun magħmul il­Kunsill internazzjonali u l-mod kif jissejħu l-laqgħat tiegħu.

Art. 72 (Presidenza CIOFS)
Il-Presidenza CIOFS hi magħmula minn:
- il-Ministro Ġeneral;
- il-Viċi Ministru;
- il-Kunsillieri tal-Presidenza;
- membru miż-Żgħażagħ Franġiskani (Gioventù Francescana);
-l-Assistenti ġenerali ta’ l-OFS.
2. Il-Kunsillieri tal-Presidenza jiġu eletti skond kif jgħidu l-Istatuti internazzjonali li jiddeterminaw in-numru tagħhom u z-zoni li huma jirrappreżentaw.

Art. 73 (Id-dmirijiet u l-kompetenzi tal-Presidenza CIOFS)
Id-dmirijiet u l-kompetenzi tal-Presidenza CIOFS huma:
a. li tapplika d-deċiżjonijiet u d-direttivi tal-Kapitlu ġenerali;
b. li tikkordina, tanima u tmexxi l-OFS fuq il-pjan internazzjonali, biex tara li jkun hemm sens ta’ kollaborazzjoni reċiproka fl-OFS u li 1­Fraternitajiet kollha jiddependu minn xulxin;
c. li tindaħal bi spirtu ta’ servizz, skond iċ-ċirkustanzi, biex tagħti għajnuna fraterna biex jiġu iċċarati u tinstab soluzzjoni għall-problemi l-aktar gravi u urġenti ta’ l-OFS, filwaqt li tinforma lill-Kunsill nazzjonali interessat u lill- Kapitlu ġenerali li jkun ġej;
d. li ssaħħaħ, fuq livell mondjali, ir-relazzjonijiet reċiproċi ta’ kollaborazzjoni bejn l-OFS u l-komponenti l-oħrajn tal-Familja Franġiskana;
e. li torganizza, skond in-normi ta’ l-Istatuti internazzjonali, laqgħat biex iġġib ’il quddiem il-ħajja u l-apostolat ta’ l-OFS fuq livell internazzjonali;
f. li tikkollabora ma’ l-Organizzazzjonijiet u l-Assoċjazzjonijiet li jħaddnu l-istess valuri;
g. li twettaq id-dmirijiet l-oħrajn li huma indikati mill-Kostituzzjonijiet jew li huma meħtieġa biex tilħaq l-iskopijiet proprji.

Art. 74
1. Filwaqt li tibqa’ sħiħa l-korresponsabiltà tal-Presidenza CIOFS, hi kompetenza tal-Ministru Ġeneral, li hu l-ewwel wieħed responsabli, li jieħu ħsieb li jitqiegħdu fil-prattika d-deċiżjonijiet u d-direttivi tal­Kapitlu ġenerali u tal-Presidenza, li trid tiġi infurmata dwar il-ħidma tiegħu.
2. Il-Ministru Ġeneral, imbagħad, għandu d-dmir li:
a. isejjaħ u jippresjiedi l-laqgħat tal-Presidenza skond l-Istatuti proprji;
b. ilaqqa’, bil-kunsens tal-Presidenza, u jippresjiedi l-laqgħat tal­Kapitlu ġenerali;
c. ikun sinjal li jidher u effettiv tal-komunjoni u l-ħajja reċiproka li tgħaddi bejn l-OFS u l-Ministri Ġenerali ta’ l-Ewwel Ordni Franġiskan u tat-TOR, li quddiemhom hu jirrappreżenta l-OFS, u jieħu ħsieb li jżomm ir-rabta mal-Konferenza ta’ l-Assistenti ġenerali;
d. jirrappreżenta l-OFS fuq livell mondjali quddiem l-awtoritajiet ekkleżjastiċi u ċivili. Meta l-Fraternità internazzjonali jkollha personalità ġuridika ċivili, hi kompetenza tal-Ministru li jkun ir­rappreżentant legali tagħha;
e. jagħmel il-viżta fraterna lill-Kunsilli nazzjonali personalment jew permezz ta’ delegat;
f. jippresjiedi u jikkonferma l-elezzjonijiet tal-Kunsilli nazzjonali personalment jew permezz ta’ delegat;
g. jitlob, bil-kunsens tal-Presidenza, il-viżta pastorali lill-Konferenza tal-Ministri Ġenerali ta’ l-Ewwel Ordni u tat-TOR;
h. jindaħal f’każi urġenti, u jinforma bihom il-Presidenza;
i. jiffirma d-dokumenti uffiċjali tal-Fraternità internazzjonali;
j. jeżerċita bil-kunsens tal-Presidenza u flimkien ma’ Kunsillier ieħor tal-Presidenza maħtur minn ħdanha, id-drittijiet patrimonjali proprji tal-Fraternità internazzjonali;
k. qabel kull Kapitlu ġenerali, jivverifika l-qagħda finanzjarja u patrimonjali tal-Fraternità internazzjonali permezz ta’ awditur kwalifikat, li ma jkunx imdaħħal fit -tmexxija ekonomika u finanzjarja tal-Presidenza.

Art. 75 (Id-dmirijiet tal-Kunsillieri internazzjonali)
Id-dmirijiet speċifiċi tal-Kunsillieri internazzjonali huma determinati mill-Istatuti internazzjonali.

Titlu IV
ELEZZJONIJIET GĦALL-UFFICCJI U KIF JINTEMMU L-UFFICCJI

Elezzjonijiet

Art. 76 (Il-Kapitli u Elezzjonjiet)
1. L-elezzjonijiet fid-diversi livelli għandhom isiru skond ma tgħid il­Liġi tal-Knisja37 u skond ma jgħidu I-Kostituzzjonijiet. It-tħabbira tagħhom trid issir almenu xahar minn qabel, u tindika l-post, il-jum u 1­ħin ta’ l-elezzjoni.
2. L-Assembleja elettiva, jew Kapitlu, ikun presjedut mill-Ministru ta’ livell immedjatament superjuri jew minn delegat tiegħu, li jikkonferma l-elezzjoni.
Il-Ministru jew delegat ma jistax jippresjiedi l-elezzjonijiet fil- Fraternità lokali li tagħha hu membru u lanqas l-elezzjonijiet tal-Kunsill ta’ livell ieħor, li tiegħu hu jkun membru.
Ikun preżenti l-Assistent spiritwali ta’ livell immedjatament superjuri jew delegat tiegħu, bħala xhud ta’ l-għaqda ma’ l-Ewwel Ordni u mat­TOR.
L-elezzjonijiet tal-Presidenza CIOFS jiġu presjeduti u ikkonfermati minn rappreżentant tal-Konferenza tal-Ministri Ġenerali ta’ l-Ewwel Ordni u tat-TOR.
3. Il-President tal-Kapitlu u l-Assistent ta’ livell superjuri ma għandhomx dritt ta’ vot.
4. Il-President tal-Kapitlu jaħtar, fost il-membri tal-Kapitlu, segretarju u żewġ skrutaturi.

Art. 77 (Vuċi attiva u Passiva u Quorum)
l. Fil-Fraternità lokali għandhom vuċi attiva, jiġifieri jistgħu jeleġġu, u għandhom vuċi passiva, jiġifieri jistgħu jiġu eletti, il-professi perpetwi ta’ l-istess Fraternità. Il-professi temporanji għandhom biss vuċi attiva.
2. Fil-livelli l-oħrajn għandhom vuċi attiva: il-membri sekulari tal­Kunsillii jkun għadu kemm temm il-kariga tiegħu, ir-rappreżentanti tal-livell immedjatament inferjuri u taż-Żgħażagħ Franġiskani, jekk dawn ta’ l-aħħar ikunu professi fl-OFS. Hi kompetenza ta’ l-Istatuti partikulari jistabilixxu normi aktar konkreti biex tiġi applikata din id­direttiva, filwaqt li jiżguraw bażi elettiva mill-aktar wiesgħa. Għandhom vuċi passiva il-Franġiskani sekulari professi perpetwi ta’ l-istess livell korrispondenti.
3. L-Istatuti nazzjonali u dawk internazzjonali, kull wieħed għal-livell rispettiv tiegħu, jistgħu jistabilixxu rekwiżiti oġġettivi biex wieħed jista’ jkun elett għad-diversi uffiċċji.
4. Biex wieħed jasal għaċ-ċelebrazzjoni valida tal-Kapitlu elettiv, tiġi mitluba almenu l-preżenza ta’ wieħed aktar min-nofs ta’ dawk li jkollhom dritt għall-vot. Fuq il-livell lokali, l-Istatuti nazzjonali jistgħu jiddisponu b’mod differenti.

Art. 78 (Elezzjoni tal-Mnistru, Viċi Ministru u Kunsillieri)
1. Għall-elezzjoni tal-Ministru tintalab il-maġġoranza assoluta tal-voti ta’ dawk li jkunu preżenti, u din trid issir b’mod sigriet. Wara żewġ skrutinji li ma jwasslux għal konklużjoni għandu jsir l-aħħar skrutinju bejn iż-żewġ kandidati li jkunu kisbu l-akbar numru tal-voti jew, jekk ikunu aktar minn tnejn, bejn iż-żewġ kandidati l-aktar anzjani bil­Professjoni; wara t-tielet skrutinju, jekk jibqgħu indaqs fil-voti, jigi elett dak li jkun l-aktar anzjan bil-Professjoni.
2. Għall-elezzjoni tal-Viċi Ministru wieħed għandu jimxi fuq l-istess regoli.
3. Għall-elezzjoni tal-Kunsillieri, wara l-ewwel skrutinju mingħajr maġġoranza assoluta, hu biżżejjed li jsir it-tieni skrutinju b’maggoranza relattiva tal-voti ta’ dawk preżenti, li jiġu espressi b’mod sigriet, ħlief jekk l-Istatuti partikulari jitolbu maġġoranza aktar wiesgħa.
4. Is-Segretarju jħabbar ir-riżultat ta’ l-elezzjonijiet. Il-President, jekk kollox ikun sar skond ir-regolamenti u l-eletti jkunu laqgħu li jieħdu fuq spallejhom l-inkarigu, jikkonferma l-elezzjoni skond ir­Ritwal38.

Art.79 (Limiti fiż-żmien ta’ servizz)
1. Il-Ministru jew il-Viċi Ministru jistgħu jiġu eletti għal żewġ perjodi ta’ tliet snin wara xulxin. Għat-tielet u l-aħħar elezzjoni suċċessiva għal Ministru jew Viċi Ministru hi meħtieġa l-maġġoranza tat-tnejn mit-tlieta tal-voti ta’ dawk preżenti, u din trid tinkiseb fl-ewwel skrutinju.
2. Il-Ministru li jkun għadu kemm temm il-kariga ma jistax jiġi elett Viċi Ministru.
3. Il-Kunsillieri jistgħu jiġu eletti għal tliet snin kull darba. Jekk jigu eletti għal aktar minn tliet darbiet wara xulxin, biex jerġgħu jiġu eletti jrid ikollhom il-maġġoranza tat-tnejn mit-tlieta tal-voti ta’ dawk preżenti, u din trid tinkiseb fl-ewwel skrutinju.
4. Il-Ministru Ġeneral, il-Viċi Ministru u l-Kunsillieri tal-Presidenza jistgħu jiġu eletti biss għal żewġ perjodi ta’ sitt snin wara xulxin.
5. Il-Kunsill ta’ livell superjuri għandu d-dritt u d-dmir li jiddikjara invalidi l-elezzjonijiet u li jordna li jerġgħu jsiru fil-każi kollha li fihom dawn ir-regolamenti ma jiġux imħarsa.

Art. 80 (Statuti Partikulari)
L-Istatuti partikulari jistgħu jagħtu direttivi oħrajn u japplikawhom fil­każ ta’ elezzjonijiet, sakemm dawn ma jmorrux kontra l-Kostituzzjonijiet.

Uffiċċji vakanti

Art. 81 (Uffiċċji vakanti)
1. Meta l-uffiċċju ta’ Ministru jibqa’ vakanti għax dan imut, jirriżenja jew minħabba xi impediment ieħor ta’ karattru definittiv, il-Viċi Ministru jieħu fuq spallejh l-uffiċċju sat-tmiem tal-mandat li għalih il-Ministru kien oriġinarjament ġie elett.
2. Jekk isir vakanti l-uffiċċju tal-Viċi Ministru, wieħed mill-Kunsillieri jiġi elett Viċi Ministru tal-Kunsill tal-Fraternità, u dan l-inkarigu jibqa’ validu sal-Kapitlu elettiv li jkun imiss.
3. Jekk isir vakanti l-uffiċċju ta’ Kunsillier, il-Kunsill jieħu ħsieb is­sostituzzjoni tiegħu skond l-Istatuti proprji, u din tibqa’ valida sal­Kapitlu elettiv li jkun imiss.

Ufficcji inkompatibbli

Art. 82 (Ufficcji inkompatibbli)
Huma inkompatibbli, jiġifieri ma jistgħux joqgħodu flimkien:
a. l-uffiċċju ta’ Ministru fuq żewġ livelli differenti;
b. l-uffiċċji ta’ Ministru, Viċi Ministru, Segretarju u Ekonomu fuq l­istess livell.

Riżenja mill-uffiċċju

Art. 83 (Riżenja mill-uffiċċju)
1. Ir-riżenja li l-Ministru ta’ kull livell jagħmel fil-Kapitlu tiġi aċċettata mill-Kapitlu stess. Ir-riżenja tal-Ministru, barra mill-Kapitlu, trid tiġi ippreżentata lill-Kunsill. L-aċċettazzjoni tar-riżenja trid tiġi ikkonfermata mill-Ministru ta’ livell superjuri u, għall-Ministru Ġenerali, mill-Konferenza tal-Ministri Ġenerali ta’ l-Ewwel Ordni u tat-TOR.
2. Ir-riżenja għall-ufficcji l-oħrajn tiġi ippreżentata lill-Ministru u lill­Kunsill, li għandhom il-kompetenza li jaċċettaw l-istess riżenja.

Tneħħija mill-uffiċċju

Art. 84
1. F’każ li Ministru ma jkunx qed jaqdi tajjeb id-dmirijiet tiegħu, il­Kunsill interessat għandu juri t-tħassib tiegħu permezz ta’ djalogu fratern mal-Ministru. Jekk dan ma jagħtix riżultat pożittiv, il-Kunsill għandu jinforma lill-Kunsill ta’ livell superjuri, li għandu l-kompetenza li jeżaminal-każ u, jekk jara li jaqbel, permezz ta’ vot sigriet, jiddeċiedi li jneħħi lill-Ministru mill-uffiċċju tiegħu.
2. Għal raġuni gravi, pubblika u ippruvata, il-Kunsill ta’ livell superjuri, wara djalogu fratern ma’ l-interessat, jista’, permezz ta’ vot sigriet, jiddeċiedi li jneħħi Ministru ta’ livell inferjuri mill-uffiċċju tiegħu.
3. It-tneħħija mill-uffiċċji l-oħrajn tal-Kunsill, meta hemm kawża gravi, hi kompetenza tal-Kunsillli tiegħu ikunu membri. Din trid issir permezz ta’ vot sigriet, u wara li jkun sar djalogu fratern ma’ l-interessat.
4. Min jiġi mneħħi mill-uffiċċju tiegħu għandu d-dritt jiftaħ rikors sospensiv quddiem il-Kunsill ta’ livell immedjatament superjuri għal dak li jkun neħħieh, u dan fi żmien 30 jum39.
5. It-tneħħija tal-Ministru Ġeneral hi kompetenza tal-Konferenza tal­Ministri Ġenerali ta’ l-Ewwel Ordni u tat-TOR.
6. Kunsill ta’ livell superjuri, f’każ ta’ nuqqas gravi ta’ qadi tad-dmirijiet jew ta’ irregolaritajiet min-naħa ta’ xi Ministru jew ta’ xi Kunsill, għandu jordna li ssir il-viżta fraterna lill-Kunsill interessat u eventwalment li ssir ukoll il-viżta pastorali. Għandu jqis, bil-karità u bil-prudenza, is­sitwazzjoni li jkun ċert minnha u jiddeċiedi dwar il-provedimenti li jkun jaqbel li jittieħdu fil-każ konkret, inkluża l-eventwalità tat-tneħħija tal-Kunsill u tar-Responsabli interessati.

Titlu V
L-ASSISTENZA SPIRITWALI U PASTORALI TA’ L-OFS

Art. 85 (L-Atius Moderamen)
1. Bħala parti sħiħa mill-Familja Franġiskana u billi hu msejjaħ li jgħix il-kariżma ta’ San Franġisk fid-dimensjoni sekulari, l-OFS għandu relazzjonijiet partikulari u ta’ rabta sħiħa ma’ l-Ewwel Ordni u mat-TOR40.
2. Il-kura spiritwali u pastorali ta’ l-OFS, hi afdata mill-Knisja lill-Ewwel Ordni Franġiskan u lit- TOR, u hi dmir qabel xejn tal-Ministri Ġenerali u Provinċjali ta’ dawn l-Ordnijiet. F’idejhom hi l-kompetenza ta’ 1­altius moderamen li jitkellem minnu 1- Kanoni 303. L-altius moderamen għandu l-iskop li jiggarantixxi l-fedeltà ta’ l-OFS lejn il-kariżma Franġiskan, il-komunjoni mal-Knisja u l-għaqda mal-Familja Franġiskana. Dawn huma valuri li għall-Franġiskani Sekulari jirrappreżentaw impenn ta’ ħajja.

Art. 86 (Ministri Ġenerali u Provinċjali)
1. Il-Ministri Ġenerali u Provinċjali jeżerċitaw l-uffiċċju tagħhom rigward l-OFS billi:
- iwaqqfu l-Fratemitajiet lokali;
- jagħmlu l-viżta pastorali;
- jiżguraw l-assistenza spiritwali lill-Fratemitajiet fid-diversi livelli. Huma jistgħu jeżerċitaw dan id-dmir personalment jew permezz ta’ delegat.
2. Dan is-servizz tal-Ministri reliġjużi jintegra imma mhux jissostitwixxi dak tal-Kunsilli u tal-Ministri sekulari li lilhom tmiss it-tmexxija, il­kordinament u l-animazzjoni tal-Fraternità fid-diversi livelli tagħha.

Art. 87 (Konferenza tal-Ministri Ġenerali ta’ l-Ewwel Ordni u tat-TOR)
l. Għal dak kollu li għandu x’jaqsam ma’ l-OFS meħud flimkien, l-altius moderamen irid jigi eżerċitat mill-Ministri Ġenerali b’mod kolleġjali.
2. Il-Konferenza tal-Ministri Ġenerali ta’ l-Ewwel Ordni u tat-TOR għandha l-kompetenza partikulari li:
- tieħu ħsieb ir-relazzjonijiet mas-Santa Sede rigward dak li għandu x’jaqsam ma’ l-approvazzjoni tad-dokumenti leġislattivi jew liturġiċi, li l-approvazzjoni tagħhom hi kompetenza tas-Santa Sede;
- jagħmlu l-viżta lill-Presidenza CIOFS;
- jikkonfermaw l-elezzjoni tal-Presidenza CIOFS.
3. Kull Ministru Ġeneral, fil-limiti ta’ l-Ordni tiegħu, jieħu ħsieb 1­interess li r-reliġjużi għandu jkollhom u l-preparazzjoni tagħhom għas­servizz li jagħtu lill-OFS, skond ma jgħidu l-Kostituzzjonijiet rispettivi ta’ l-Ewwel Ordni u tat-TOR u skond ma jgħidu l-Kostituzzjonijiet ta’ l-OFS.

Art. 88 (Kompetenzi tal- Ministri Provincjali u s-Superjuri maġġuri)
1. Il-Ministri Provincjali u s-Superjuri maġġuri l-oħrajn, fil-limiti tal­ġurisdizzjoni proprja, jiżguraw l-assistenza spiritwali lill-Fraternitajiet lokali li jiġu afdati fil-ġurisdizzjoni tagħhom. Jieħdu ħsieb li r-reliġjużi tagħhom jinteressaw ruħhom fl-OFS u jipprovdu biex ikun hemm persuni xierqa u imħejjija tajjeb għall-ministeru ta’ l-assistenza spiritwali.
2. Hi kompetenza tas-Superjuri maġġuri, fil-limiti tal-ġurisdizzjoni proprja, li:
a. iwaqqfu kanonikament Fraternitajiet lokali ġodda, u jiżgurawlhom l-assistenza spiritwali;
b. janimaw spiritwalment u jżuru I-Fraternitajiet lokali li huma assistiti mill-ġurisdizzjoni tagħhom;
c. iżommu ruħhom infurmati dwar l-assistenza spiritwali li tingħata lill-OFS.
3. Is-Superjuri maġġuri huma responsabbli għall-assistenza spiritwali tal-Fraternitajiet lokali imwaqqfin minnhom.
4. Is-Superjuri maġġuri li għandhom ġurisdizzjoni fl-istess territorju, għandhom jaqblu flimkien dwar l-aħjar mod kif jiżguraw l-assistenza spiritwali lil dawk il-Fraternitajiet lokali li, għal raġunijiet ’il fuq mill­kompetenzi tagħhom, jibqgħu mingħajr assistenza spiritwali.
5. Is-Superjuri maġġuri li għandhom ġurisdizzjoni fl-istess territorju, għandhom jaqblu flimkien dwar l-aħjar mod biex jaqdu b’mod kolleġjali l-uffiċċju tagħhom lejn il-Fraternità reġjonali u dik nazzjonali ta’ l-OFS.

Art. 89 (Provedimenti għall-assistenza f’sitwazzjonijiet varji)
1. Bil-qawwa tal-ħajja reċiproka li għandu jkun hemm bejn ir-reliġjużi u s-sekulari tal-Familja Franġiskana u tar-responsabiltà tas-Superjuri maġġuri, dawn iridu jiżguraw l-assistenza spiritwali lill-Fraternitajiet ta’ l-OFS fil-livelli kollha bħala element fundamentali ta’ komunjoni.
2. L-Assistent spiritwali hu l-persuna maħtura mis-Superjur maġġuri kompetenti biex iwettaq dan is-servizz lejn xi Fraternità determinata ta’ l-OFS.
3. Biex ikun xhud ta’ l-ispiritwalità Franġiskana u ta’ l-imħabba fraterna tar-reliġjużi lejn il-Franġiskani sekulari, kif ukoll biex ikun rabta ta’ komunjoni bejn l-Ordni tiegħu u l-OFS, l-Assistent spiritwali għandu jkun reliġjuż Franġiskan, li jkun membru ta’ l-Ewwel Ordni jew tat­TOR.
4. Meta ma jkunx possibbli li Fraternità jkollha dan l-Assistent spiritwali, is-Superjur maġġuri kompetenti jista’ javda dan is-servizz ta’ l-assistenza spiritwali:
a. lir-reliġjużi irġiel u nisa li huma membri ta’ Istituti Franġiskani oħrajn;
b. lil kjeriċi djocesani jew persuni oħrajn, li huma speċifikament imħejjija għal dan is-servizz, li jkunu membri ta’ l-OFS;
c. lil kjeriċi djocesani oħrajn jew reliġjużi li ma humiex Franġiskani. L-awtorizzazzjoni li trid tintalab minn qabel lis-Superjur jew lill­Ordinarju tal-post, u li hi meħtieġa f’dawn il-każi, ma tneħħix ir­responsabbiltà tas-Superjur maġġuri Franġiskan li jiżgura ruħu mill­kwalità tas-servizz pastorali jew ta’ l-assistenza spiritwali.

Art. 90 (Kompetenzi u dmirijiet ta’ l-Assistenti)
1. Hi kompetenza speċifika ta’ l-Assistent li jikkomunika l-ispiritwalità Franġiskana u jikkopera fil-formazzjoni inizjali u permanenti ta’ l-aħwa.
2. L-Assistent spiritwali hu membru bi dritt b’vot, tal-Kunsill tal­Fraternità li lilha jagħti l-assistenza u li miegħu jrid jikkollabora fl­attivitajiet kollha tiegħu. Ma jeżerċitax id-dritt tal-vot fi kwestjonijiet ta’ ekonomija.
3. B’mod paiiikulari:
a. l-Assistenti ġenerali jagħtu s-servizz tagħhom lill- Presidenza CIOFS, billi jiffurmaw Konferenza u jieħdu ħsieb b’mod kolleġjali l-assistenza spiritwali ta’ l-OFS kollu kemm hu;
b. l-Assistenti nazzjonali jagħtu s-servizz tagħhom lill-Kunsill nazzjonali u jieħdu ħsieb l-assistenza spiritwali ta’ l-OFS fit-territorju kollu tal-Fraternità nazzjonali, u l-kordinament, fuq livell nazzjonali, ta’ l-Assistenti reġjonali. Jekk huma aktar minn wieħed, għandhom jiffurmaw Konferenza u jagħtu s-servizz tagħhom b’mod kolleġjali;
c. l-Assistenti reġjonali jagħtu s-servizz tagħhom lill-Kunsill reġjonali u jieħdu ħsieb l-assistenza spiritwali lill-Fraternità reġjonali. Jekk huma aktar minn wieħed, għandhom jiffurmaw Konferenza u jagħtu s-servizz tagħhom b’mod kolleġjali;
d. l-Assistenti lokali jagħtu s-servizz tagħhom lill-Fraternità lokali u lill-Kunsill tagħha.

Art. 91
1. Il-Kunsill taI-Fraternità f’kulllivelljitlob Assistenti xierqa u mħejjija tajjeb lis:-Superjuri kompetenti ta’ l-Ewwel Ordni u tat-TOR.
2. B’mod partikulari:
a. il-Presidenza CIOFS titlob l-Assistent generali lill-Ministru GeneraI rispettiv;
b. il- Kunsill nazzjonali jitlob 1- Assistent nazzjonali lis-Superjur magguri, indikat kollegjalment mis-Superjuri magguri b’ gurisdizzjoni fit-territorju tal-Fraternità nazzjonali;
c. il-Kunsill regjonali jitlob l-Assistent lis-Superjur magguri, indikat kollegjalment mis-Superjuri magguri b’ gurisdizzjoni fit-territorju taI­Fraternità regjonali;
d. il-Kunsill lokali jitlob l-Assistent lis-Superjur magguri tal­gurisdizzjoni li għandha r-responsabiltà għaIl-assistenza.
3 . Is-Superjur magguri kompetenti, wara li jisma’ 1- Kunsill taI- Fraternità interessata,jaħtar l-Assistent skond ma jgħidu dawn il-Kostituzzjonijiet u l-I statuti għaII-Assistenza Spiritwali u Pastorali lill-Ordni Franġiskan Sekular.

Titlu VI
IL-VIŻTA FRATERNA U L-VIŻTA PASTORALI

Art. 92 (L-iskop tal-viżta fraterna u dik pastorali)
1. L-iskop tal-viżta, kemm dik fraterna kif ukoll dik pastorali, hu dak li jitqajjem mill-ġdid l-ispirtu evanġeliku Franġiskan, li tiġi żgurata l-fedeltà għall-kariżma u għar-Regola, li tiġi offruta għajnuna għall-ħajja tal-Fraternità, li tissaħħaħ ir-rabta ta’ għaqda ta’ l-Ordni u li jinġieb ’il quddiem is-sens qawwi ta’ sehem fil-Familja Franġiskana u fil-Knisja (RegOFS 26).
2. It-talbiet tal-viżta, kemm dik fraterna kif ukoll dik pastorali, jigu magħmula, bil-kunsens tal-Kunsill rispettiv:
a. mill-Ministru tal-Fraternità lokali u reġjonali, almenu kull tliet snin, lill-Kunsill ta’ livell immedjatament superjuri u lill-Konferenza rispettiva ta’ l-Assistenti spiritwali;
b. mill-Ministru nazzjonali, almenu darba kull sitt snin, lill-Presidenza CIOFS u lill-Konferenza ta’ l-Assistenti Ġenerali;
c. mill-Ministru Ġeneral, almenu kull sitt snin, lill-Konferenza tal­Ministri Ġenerali.
3. Fil-każ ta’ kawżi urġenti u gravi, jew fil-każ li l-Ministru u l-Kunsill ma jkunux jistgħu jagħmlu t-talba, il-viżta fraterna u l-viżta pastorali jistgħu jsiru bl-inizjattiva tal-Kunsill jew tal-Konferenza ta’ l-Assistenti spiritwali, li huma rispettivament kompetenti.

Art. 93 (Kif isiru il-Viżti)
1. Fil-viżti lill-Fraternitajiet lokali u lill-Kunsilli ta’ diversi livelli, l-vizitatur għandu jivverifika l-intensità ta’ ħajja evanġelika u apostolika, l-osservanza tar-Regola u tal-Kostituzzjonijiet, is-sens ta’ sehem sħiħ tal-Fraternità fil-ħajja ta’ l-Ordni u tal-Knisja.
2. Fil-viżti lill-Fraternitajiet lokali u lill-Kunsilli ta’ diversi livelli, il­Viżitatur għandu jikkomunika malajr kemm jista’ jkun l-iskop u 1­programm tal-viżta lill-Kunsill interessat. Għandu jeżamina r-reġistri u l-atti, inklużi dawk li għandhom x’jaqsmu mal-viżti li saru qabel, ma’ l-elezzjoui tal-Kunsill u l-amministrazzjoni tal-ġid. Għandu jikteb relazzjoni tal-viżta li jkun għamel, fl-atti tar-reġistru li jkollha l-Fratermtà li jkun żar, u għandu jgħarraf biha lill-Kunsill tal-livellli kien ħa ħsieb li ssir il-viżta.
3. Fil-viżta lill-Fraternità lokali, il-Viżitatur għandu jiltaqa’ mal­Fraternità kollha kemm hi u mal-gruppi u sezzjonijiet li hi magħmula minnhom. Għandu jagħti attenzjoni partikulari lill-aħwa li huma fil­formazzjoni u lil dawk l-aħwa li jitolbuh li jiltaqgħu miegħu personalment. Għandu wkoll, fejn jara li jaqbel, jagħmel il-korrezzjoni fraterna rigward in-nuqqasijiet li jista’ jkun hemm.
4. Iż-żewġ Viżitaturi, sekulari u reliġjużi, għandhom,jekk dan ikun ta’ ġid għas-servizz tal-Fraternità, jagħmlu l-viżta flimkien, u jaqblu minn qabel dwar il-programm u l-aħjar mod kif iwettqu l-missjoni ta’ kull wieħed minnhom.
5. Il-viżta fraterna u l-viżta pastorali, magħmula mil-livell immedjatament superjuri, ma timpedix li l-Fraternità li tkun saritilha l­viżta żżomm id-dritt li tirrikorri għand il-Kunsill jew għand il-Konferenza ta’ l-Assistenti spiritwali ta’ livell aktar għoli.

Il- Viżta Fraterna

Art. 94 (Il- Viżta Fraterna)
1. Il-viżta fraterna hi mument ta’ komunjoni, espressjoni tas-servizz u ta’ l-interess konkret tar-responsabbli sekulari lejn id-diversi livelli sabiex il-Fraternità tikber u tkun fidila għall-vokazzjoni tagħha41.
2. Fost id-diversi inizjattivi biex jintlaħaq l-iskop tal-viżta, il-Viżitatur għandu jiddedika attenzjoni partikulari:
- lill-validità tal-formazzjoni inizjali u permanenti;
- lir-relazzjonijiet li jkunu inżammu mal-Fraternitajiet l-oħrajn fid­diversi livelli, maż-Żgħażagħ Franġiskani u mal-Familja Franġiskana kollha kemm hi;
- lill-osservanza tad-direttivi u ta’ l-orjentamenti tal-CIOFS u tal-Kunsilli l-oħrajn;
- lill-preżenza fil-Knisja partikulari.
3. Il-Viżitatur għandu jieħu viżjoni tar-rendikont tal-verifika li tkun saret qablu dwar kif jitħaddmu l-finanzi u l-ġid patrimonjali tal-Kunsill. Għandu jivverifika r-reġistru tad-dħul u l-ħruġ u kull dokument li għandu x’jaqsam mal-qagħda patrimonjali tal-Fraternità u mal­kundizzjoni ta’ persuna ġuridika li eventwalment jista’ jkollha fil-liġi ċivili, inklużi l-aspetti ta’ natura ekonomika. Jekk jara li ma tkunx qed issir verifika dwar l-amministrazzjoni finanzjarja u patrimonjali tal­Kunsill, ll-Viżitatur jista’ jaħtar persuna esperta li ma tkunx membru tal-Kunsill interessat biex tagħmel din il-verifika. L-ispejjeż għal din il-verifika jridu jitħallsu mill-Kunsill interessat tal-Fraternità li lilha tkun qed issir il-viżta. Fejn jara li jaqbel, għal dawn l-aspetti l-Viżitatur jista’ jitlob l-għajnuna ta’ persuna kompetenti.
4. Il-Viżitatur għandu jivverifika l-atti ta’ l-elezzjonijiet tal- Kunsill, jara l-kwalità ta’ servizz mogħti lill-Fraternità mill-Ministru u mir­Responsabbli l-oħrajn u jistudja magħhom is-soluzzjoni ta’ problemi li jistgħu jinħolqu. Jekk jintebaħ li, għal kull raġuni, is-servizz tagħhom mhux qiegħed jitwettaq b’mod xieraq għall-ħtiġijiet tal-Fraternità, il­Viżitatur għandu jġib ’il quddiem l-inizjattivi li jkunu jaqblu, filwaqt li jagħti kas, f’ċerti ċirkostanzi, ta’ dak li jiġi dispost dwar iċ-ċaħda u t­tneħħija mill-uffiċċji42.
5. Il-Viżitatur ma jistax jagħmel viżta tal-Fraternità lokali li tagħha hu membru, u lanqas tal-Kunsill ta’ livell ieħor li tiegħu hu membru.

Il- Viżta Pastorali

Art. 95 (Il- Viżta Pastorali)
l. Il-viżta pastorali hi mument privileġġjat ta’ komunjoni ma’ l-Ewwel Ordni u mat-TOR. Hi ssir ukoll f’isem il-Knisja43 u sservi biex tiggarantixxi u ġġib ’il quddiem l-osservanza tar-Regola u tal­Kostituzzjonijiet u l-fedeltà lejn il-kariżma Franġiskan. Il-viżta pastorali ssir fir-rispett lejn l-organizzazzjoni u l-liġi proprja ta’ l-OFS.
2. Il-Viżitatur għandu jivverifika t-twaqqif kanoniku tal-Fraternità, għandu jinteressa ruħu fir-relazzjonijiet bejn il-Fraternità u l-Assistent spiritwali tagħha u l-Knisja partikulari, u jiltaqa’ mar-ragħajja (Isqof, kappillan), meta dan ikun jaqbel biex tinġieb ’il quddiem il-komunjoni u s-servizz għall-edifikazzjoni tal-Knisja.
3. Għandu jġib ’il quddiem il-kollaborazzjoni u s-sens ta’ korresponsabiltà bejn ir-Responsabbli sekulari u l-Assistenti spiritwali. Għandu jivverifika l-kwalità ta’ l-assistenza spiritwali li tingħata lill­Fraternità li ssirilha l-viżta, jinkuraġġixxi lill-Assistenti spiritwali fis­servizz tagħhom u jġib ’il quddiem il-formazzjoni permanenti spiritwali u pastorali tagħhom.
4. Għandu jiddedika attenzjoni partikulari għall-programmi, metodi u esperjenzi ta’ formazzjoni, għall-ħajja liturġika u ta’ talb u għall-ħidmiet apostoliċi tal-Fraternità.

Titlu VII
IŻ-ŻGĦAŻAGĦ FRANĠISKANI

Art. 96
1. L-OFS, billi għandu l-istess vokazzjoni, irid ikun lest li jagħti sehem mill-esperjenza tiegħu ta’ ħajja evanġelika liż-żgħażagħ li jħossuhom miġbudin minn San Franġisk t’Assisi, kif ukoll għandu jfittex mezzi biex jippreżentalhom din il-ħajja b’mod li jaqbel lilhom.
2. Iż-Żgħażagħ Franġiskani (Gioventù Francescana = GIFRA), kif inhi mifhuma minn dawn il-Kostituzzjonijiet u li għaliha l-OFS iħoss li għandu responsabiltà partikulari, hi magħmula minn dawk iż-żgħażagħ li jħossuhom imsejħin mill-Ispirtu s-Santu biex jagħmlu fil-fraternità esperjenza ta’ ħajja kristjana, fid-dawl tal-messaġġ ta’ San Franġisk t’Assisi, filwaqt li japprofondixxu l-vokazzjoni tagħhom fil-kuntest ta’ l-Ordni Franġiskan Sekular.
3. Il-membri tal-GIFRA għandhom iqisu r-Regola ta’ l-OFS bħala dokument ta’ ispirazzjoni biex huma jikbru fil-vokazzjoni kristjana u Franġiskana tagħhom, kemm individwalment kif ukoll bħala grupp. Wara perjodu xieraq ta’ formazzjoni, li jtul almenu sena, huma għandhom jikkonfermaw din l-għażla b’impenn personali quddiemAlla u quddiem l-aħwa.
4. Il-membri tal-GIFRA li jixtiequ jagħmlu parti mill-OFS għandhom jaraw x’titlob minnhom ir-Regola, il-Kostituzzjonijiet u r-Ritwali ta’ l-OFS.
5. Il-GIFRA għandha organizzazzjoni għaliha u metodi ta’ formazzjoni u ta’ pedagoġija li jaqblu mal-ħtiġijiet tad-dinja taż-żgħażagħ, skond ir-rejaltà li fiha jkunu jgħixu fid-diversi nazzjonijiet. L-Istatuti nazzjonali tal-GIFRA jridu jkunu approvati mill-Kunsill nazzjonali rispettiv ta’ l-OFS, u jekk dan majezistix, mill-Presidenza CIOFS.
6. Il-GIFRA, bħala parti sħiħa mill-Familja Franġiskana, titlob lir­Responsabbli sekulari u lis-Superjuri reliġjużi kompetenti rispettivament, li jipprovdulha l-animazzjoni fraterna u l-assistenza spiritwali.

Art. 97
1. Il-Fraternitajiet ta’ l-OFS, permezz ta’ inizjattivi u modi ta’ ħajja li jaqblu, għandhom iġibu ’l quddiem il-vokazzjoni taż-żgħażagħ Franġiskani. Għandhom jikkuraw il-ħajja u t-tixrid tal-Fraternitajiet tal-GIFRA, u jakkumpanjaw liż-żgħażagħ fil-mixja tagħhom biex jikbru bħala bnedmin u spiritwalment permezz ta’ proposti ta’ attività u kontenuti ta’ suġġetti li jappellaw għalihom.
2. Il-Fraternitajiet ta’ l-OFS jimpenjaw ruħhom li jagħtu lill­Fraternitajiet tal-GIFRA animatur fratern, li flimkien ma’ l-Assistent spiritwali u l-Kunsill tal-GIFRA, jiżgura formazzjoni Franġiskana sekulari kif suppost.
3. Biex tinġieb ’il quddiem il-komunjoni intima ma’ l-OFS, ir­Responsabbli kollha tal-GIFRA, fuq livell nazzjonali, u almenu żewġ membri tal-Kunsill nazzjonali GIFRA, għandhom ikunu żgħażagħ li huma professi fl-Ordni Franġiskan Sekular.
4. Rappreżentant tal-GIFRA li jiġi maħtur mill-Kunsill tiegħu, għandu jagħmel parti mill-Kunsill korrispondenti ta’ l-OFS. Rappreżentant ta’ l-OFS, maħtur mill-Kunsill tiegħu, għandu jagħmel parti mill-Kunsill tal-GIFRA tal-livell tiegħu. Ir-rappreżentant tal-GIFRA għandu vot fil-Kunsill ta’ l-OFS, imma biss jekk hu Franġiskan Sekular profess. 5. Ir-rappreżentanti tal-GIFRA fil-Kunsill internazzjonali ta’ l-OFS għandhom jiġu eletti skond ma jgħidu l-Istatuti internazzjonali, li jiddetermina, n-numru, il-Fraternitajiet li għandhom jirrappreżentaw u l-kompetenzi tagħhom.

Titlu VIII
F’KOMUNJONI MAL-FAMILJA FRANĠISKANA U MAL-KNISJA

Art. 98
1. ll-Franġiskani Sekulari għandhom ifittxu li jgħixu “f’komunjoni reċiproka ta’ ħajja” mal-membri kollha tal-Familja Franġiskana. Għandhom ikunu lesti li jġibu ’l quddiem inizjattivi komuni, jew jieħdu sehem f’inizjattivi bħal dawn, mar-reliġjużi irġiel u nisa ta’ l-Ewwel, it-Tieni u t-Tielet Ordni, ma’ l-Istituti Sekulari u mal-gruppi oħrajn ekkleżjali tal-lajċi li jagħrfu lil Franġisku bħala mudell u ispirazzjoni tagħhom, biex jikkollaboraw ħalli jxerrdu l-Evanġelju, ineħħu l-kawżi ta’ l-emarginazzjoni u jaqdu l-kawża tal-paċi (RegOFS 1).
2. Għandhom juru affett partikulari, li jiġi muri f’inizjattivi konkreti ta’ komunjoni fraterna, lejn is-sorijiet ta’ ħajja kontemplattiva li, bħal Santa Klara t’Assisi, jagħtu xhieda fil-Knisja u fid-dinja u li bit-talb tagħhom li bih jidħlu għall-bnedmin, huma nixxiegħa ta’ grazzji għall-Fraternità u għall-ħidma tagħha ta’ apostolat.

Art. 99
1. Bħala parti ħajja mill-Poplu ta’ Alla u filwaqt li jsibu l-ispirazzjoni tagħhom fil-Missier Serafiku, il-Franġiskani Sekulari, “magħqudin f’komunjoni sħiħa mal-Papa u ma’ l-Isqfijiet”, għandhom ifittxu li jkunu jafu u japprofondixxu d-duttrina li tiġi proposta mill-Maġisteru tal­Knisja permezz tad-dokumenti l-aktar importanti, u għandhom ikunu attenti għall-preżenza ta’ l-Ispirtu s-Santu li jagħti l-ħajja lill-fidi u lill­karità tal-Poplu ta’ Alla44. Għandhom jikkollaboraw fl-inizjattivi li jsiru mis-Santa Sede, partikulament f’dawk l-oqsma li fihom huma msejħin li jaħdmu skond il-vokazzjoni Franġiskana sekulari tagħhom (RegOFS 6).
2. L-OFS, bħala assoċjazzjoni pubblika internazzjonali, hu marbut b’rabta Partikulari mal-Papa, li minnu irċieva l-approvazzjoni tar-Regola u l-konferma tal-missjoni tiegħu fil-Knisja u fid-dinja.

Art. 100
1. Il-vokazzjoni li “jerġgħu jibnu” l-Knisja trid tħeġġeġ lill-aħwa biex iħobbu u sinċerament jgħixu l-komunjoni tagħhom mal-Knisja partikulari, li fiha jisvolġu l-vokazzjoni proprja tagħhom u jirrejalizzaw l-impenn tagħhom apostoliku, filwaqt li jkunu konxji li fid-djoċesi taħdem il-Knisja ta’ Kristu45.
2. Il-Franġiskani Sekulari għandhom jaqdu b’dedizzjoni d-dmirijiet lejn il-Knisja li huma ħadu fuq spallejhom. Għandhom jagħtu għajnuna fil-ħidmiet ta’ apostolat u fl-attivitajiet soċjali li jkunu jeżistu fid­djoċesi46. Fi spirtu ta’ servizz għandhom jidhru bħala Fraternità OFS fil-ħajja tad-djoċesi, lesti li jikkollaboraw ma’ gruppi oħrajn ekkleżjali u jieħdu sehem fil-Kunsilli pastorali.
3. Il-fedeltà għall-kariżma tagħhom, Franġiskana u sekulari, u x-xhieda ta’ ħajja ta’ aħwa sinċiera u miftuħa għal xulxin jikkostitwixxu s-servizz ewlieni tagħhom fil-Knisja, li hi komunità ta’ mħabba. Fil-Knisja għandhom ikunu magħrufin għal dawk li “huma”, u minn dan imbagħad toħroġ il-missjoni tagħhom.

Art. 101
1. Il-Franġiskani Sekulari għandhom jikkollaboraw ma’ l-Isqfijiet u jimxu fuq id-direttivi tagħhom bħala moderaturi tal-ministeru tal-Kelma u tal-Liturġija u koordinaturi tad-diversi forom ta’ apostolat fil-Knejjes partikulari47.
2. Il-Fraternitajiet jaqgħu taħt il-ħarsien ta’ l-Ordinarju fil-mod kif huma jwettqu l-ħidma tagħhom fil- Knejjes partikulari48.

Art. 102
l. Il-Fraternitajiet li twaqqfu f’xi knisja parrokkjali, għandhom ifittxu li jikkoperaw fl-animazzjoni tal-komunità parrokkjali, fil-liturġija u fir­relazzjonijiet ta’ aħwa. Għandhom jintegraw ruħhom fil-pastorali ta’ flimkien u jagħtu preferenza lil dawk l-attivitajiet li l-aktar jaqblu mat­tradizzjoni u l-ispiritwalità Franġiskana sekulari.
2. Fil-parroċċi afdati f’idejn ir-reliġjużi Franġiskani l-Fratemitajiet jikkostitwixxu, permezz tal-ħajja reċiproka tagħhom, il-medjazzjoni u x-xhieda sekulari tal-kariżma Franġiskan fil-komunità parrokkjali. Għaldaqstant, magħqudin mar-reliġjużi, għandhon jikkuraw li jinxtered il-messaġġ evanġeliku u l-istil ta’ ħajja Franġiskana tagħhom.

Art. 103
1. Filwaqt li jibqgħu fidili ma’ l-identità proprja, l-Fraternitajiet għandhom jikkuraw li jagħtu valur lil kull okkażjoni ta’ talb, ta’ formazzjoni u ta’ kollaborazzjoni operattiva flimkien ma’ gruppi ekkleżjali oħrajn. Għandhom jilqgħu bil-qalb lil dawk li, mingħajr ma huma membri ta’ l-OFS, iridu jaqsmu magħhom l-esperjenzi u l-attivitajiet tagħhom.
2. Il-Fraternitajiet għandhom iġibu ’l quddiem, kull fejn hu possibbli, ir-relazzjonijiet fraterni ma’ assoċjazzjonijiet mhux Kattoliċi, li jieħdu l-ispirazzjoni tagħhom minn San Franġisk.
____________________


Noti

l Cfr. cann. 210; 214; Lumen Gentium 40.
2 Imsejjaħ ukoll “Fraternità Franġiskana Sekulari” jew “Terz Ordni Franġiskan” (TOF). Cfr. Regola OFS 2, nota 5. Il-can. 303 tal-Kodiċi tal-Liġi Kanonika jiddefinixxi t-Terz Ordnijiet: Consociationes, quarum sodales, in saeculo spiritum alicuius insituti religiosi participantes, sub altiore eiusdem instituti moderamine, vitam apostolicam ducunt et ad perfectionem christianam contendunt, tertii ordines dicuntur aliove congruenti nomine vocantur (“Dawk l-assoċjazzjonijiet li l-imseħbin fihom jieħdu sehem bħala sekulari fl-ispirtu ta’ xi isititut reliġjuż, u li taħt it-tmexxija l-aktar għolja ta’ l-istess istitut jgħixu ħajja apostolika u jaħdmu biex jilħqu l-perfezzjoni kristjana, għandhom jissejħu Terz Ordnijiet jew xi isem ieħor li jaqbel”).
3 Wara r-Regoli approvati mill-Papa Nikola IV, fis-sena 1289, u mill-Papa Ljun XIII, fis-sena 1883, ir-Regola attwali ġiet approvata mill-Papa Pawlu VI fl-24 ta’ Ġunju 1978.
4 Cfr. Kostituzzjonijiet OFS 85,2. Meta jiġu ikkwotati l-Kostituzzjonijiet, mingħajr speċifikazzjoni oħra, ir-riferiment għandu x’jaqsam ma’ dawn il­Kostituzzjonijiet.
5 Cfr. cann. 116; 301,3; 312; 313.
6 Cfr. can. 225; Diskors ta’ Ġwanni Pawlu II lill-OFS, 27 ta’ Settembru 1982, fl-Osservatore Romano, 28 ta’ Settembru 1982.
7 Cfr. can. 275ss; Presbyterorum Ordinis 12; 14; l5ss.
8 Cfr. can. 304.
9 Cfr. Regola mhux Bullata 22,41; 2 Ittra lill-Insara 51.
lO Cfr. Dei Verbum 10.
11 Regola Bullata 10,8.
12 Ordo Poenitentiae, Praenotanda 22ss.
13 Cfr. 2 Ittra lill-Insara 25ss.
14 Ritwal OFS, Appendiċi 26; 27.
15 Tislima lill-Verġni Mbierka.
16 Cfr. 2 Celano l98.
17 Cfr. Regola mhux Bullata 17,3; Leggenda dei Tre Compagni 36; 2 Ittra lill­Insara 53.
18 Lumen Gentium 35.
19 Cfr. Gaudium et Spes 31ss.
20 Cfr. Gaudium et Spes 67; Laborem Exercens 16ss.
21 Cfr. Gaudium et Spes 78.
22 Apostolicam Actuositatem 30.
23 Cfr. 2 Celano 125; Leggenda Perugina 43; Legenda Maior 9,1.
24 Cfr. Kostituzzjonijiet OFS 3,3; Testment 14.
25 Cfr. can. 518.
26 Cfr. can. 316.
27 Cfr. Ritwal OFS, Pars I: Praenotanda 10ss; Kap. I.
28 Cfr. Ritwal OFS, Pars I: Praenotanda 18.
29 Cfr. Ritwal OFS, Pars I: Praenotanda 13ss; Kap. II.
30 Cfr. Kostituzzjonijiet OFS 8; 1 Celano 103.
31 Cfr. can. 312.
32 Cfr. Kostituzzjonijiet OFS, 90,2.
33 Cfr. Kostituzzjonijiet OFS 39,3; 41,1.
34 Cfr. Kostituzzjonijiet OFS 81,1.
35 Kull Fraternità lokali għandha jkollha almenu r-reġistru ta’ l-imseħbin fiha (Dħul, Professjoni, trasferimenti, imwiet u kull informazzjoni importanti rigward kull wieħed mill-membri), ir-reġistru tal-minuti tal-Kunsill u r-reġistru ta’ l-amministrazzjoni.
36 Cfr. cann. 1732-1739. Id-dikasteru kompetenti f’dawn il-każi hi l­Kongregazzjoni għall-Istituti tal-ħajja ikkonsagrata u s-Soċjetajiet ta’ ħajja apostolika.
37 Cfr. can. 164ss.
38 Cfr. Ritwal OFS, Pars II: Kap. II.
39 Cfr. can. 1736,2.
40 Mill-istorja Franġiskana u mill-Kostituzzjonijiet ta’ l-Ewwel Ordni Franġiskan u tat-TOR jidher b’mod ċar li dawn l-Ordnijiet ilkoll jagħrfu li huma impenjati għall-assistenza spiritwali u pastorali ta’ l-OFS, bil-qawwa ta’ l-istess oriġini u kariżma, u bir-rieda tal-Knisja. Cfr. Kostituzzjonijiet OFM 60; Kostituzzjonijiet OFMConv 116; Kostituzzjonijiet OFMCap 95; Kostituzzjonijiet TOR 157; Regola tat-Terz Ordni Franġiskan tal-Papa Ljun XIII 3,3; Regola OFS approvata minn Pawlu VI, 26.
41 Cfr. Kostituzzjonijiet OFS 5l,lc; 63,2g; 67,2g.
42 Cfr. Kostituzzjonijiet OFS 83; 84.
43 Cfr. can. 305,l.
44 Lumen Gentium 12.
45 Christus Dominus 11; Kodiċi tal-Liġi Kanonika, can. 369; Cfr. 2 Celano 10; l Celano 18.
46 Cfr. can. 311.
47 Cfr. cann. 394; 756; 775ss.
48 Cfr. cann. 305; 392.